![]() |
L-Immakulata Kunċizzjoni - Poeżija |
|
Mater Castissima minn Geoffrey G. Attard (B'dedika Lill-Patrijiet Frangiskani tal-Belt Victoria - Ghawdex)
X'hin Novembru juri dahru lil Dicembru, f'daqqa lkoll ahna nqumu, u dal-poplu f'ghana lil ilsienu jholl.
Ghax Dicembru, xahar il-festi ifakkarna fl-Omm tas-sema li bla dnub dahlet fid-dinja mhux bhal tal-bnedmin il-gemgha.
Bosta huma l-festi tieghek O Marija Omm il-bnedmin izda din l-izjed ghaziza ghax treggaghna maghqudin.
Ghalhekk dil-festa nhobbuha u ghal qalbna Hi mhux ftit ghaliex hija l-festa taghna hekk tarana Ommna trid.
Trid tarana haga wahda bhala ahwa maghqudin sabiex festa - vera festa naghmlu lil Omm il-Bambin.
Biex il-festa tkun minn qalbna trid tkun festa - tkun rigal lil Omm Alla s-Setghani li wellditu f'lejl go ghar.
Din hi l-festa li thennina ghax tfawwarna lkoll bil-hena u xewqitna hi li darba naraw lilek gewwa l-Genna.
F'Awwissu naghmlulek festa ohra f'Marzu tal-Lunzjata tal-Bambina ghal Settembru issa ta' l-Immakulata.
Kollha tieghek dawn il-festi kollha gheziez u mahbubin izda zgur li din specjali ja Omm minn tal-midinbin,
Xewqtek hi li nkunu tieghek hux tassew Ommna Marija? halli mela ghandek nigu ahna wlied dil-gzira Ghawdxija.
F'nofs il-belt tal-gzira tieghek hawn dil-knisja tal-irhieb li jhobbuk b'imhabba kbira ghax dawn tieghek l-aqwa hbieb.
U f'dat-tempju zghir, ckejkuni ahna nigu hawn f'dal-jiem ghan-novena, biex dwar hajtek nitghallmu, j'Omm tal-holqien.
Hdanek lilna zgur jesaghna ahna wliedek nisa, rgiel kollha tieghek ghax Int Ommna aghti mela lilna hjiel....
tal-imhabba li lejna ghandek sabiex nersqu izjed lejk u nixorbu mill-imhabba li hemm tixghel ma' haddejk.
Qatt ma nixba' , Qatt ma nghejja jew niddejjaq Omm il-hlewwa I nt li shaqt is-serp tal-Eden Int li rbaht lil Sid id-dnewwa.
Ha nhobbuk sabiex nitghallmu izjed dwarek biex nixbhuk u biex nixbhu lil min fdiena u biex izjed inhobbuk,
Tnax-il xemx idawru'l rasek Int ja Xemx fuq jkollha x-xmux Int li Ismek kollu hlejju u li m'hemm hadd ma jafux'
Gewwa Bormla, l-Belt Cospicua u fil-Qala jqimuk fil-Hamrun parrocca lilek u hawnhekk wisq irriduk.
Irriduk u ta' dan xhieda hi dil-knisja Frangiskana illi fiha tul is-sena ghad-dell t'Ibnek Int tarana.
X'hin imbaghad Dicembru jasal ja Xemx tiddi nigu hdejk biex induqu dik il-benna li qed tidher f'dawl ghajnejk
U xm'intx sbejha ja Sultana ja Omm taghna l-imsejknin jekk Eva hassritna ilu Int ghamiltna mat-tajbin.
Kemm jithabtu u jhabirku dawn uliedek - patrijiet illi hsiebhom hu biss fuqek ja Omm li troxx il-barkiet.
Sbejha wkoll u dana jidher hija l-vara, xbieha tieghek li x'hin jiena nhares lejha iggeghlni nithabbeb mieghek.
Dak ix-xaghar li 'l isfel jinzel jghatti 'l ghonqok, jaghtik dehra ta' regina, principessa tas-sebh u tal-glorja l-mera.
Ieqaf issa mela maghna ahna wliedek inhobbuk u b'ta' qlubna, hsibijietna ir-Regina irriduk. Victoria – Ghawdex 24 ta' Settembru 1995 Din il-Poezija dehret fil-Ktejjeb: Immakulata Kuncizzjoni: Programm ta' Tifkira - Festa 1996, Knisja San Frangisk - Victoria -Ghawdex, p.13-15. Valletta: 5.10.2004 |
![]()
Qaddisa Verġni Marija minn fost in-nisa ma twieldet qatt oħra bħalek. Int il-bint u l-qaddejja tas-Sultan il-Kbir l-aktar għoli u tal-Missier tas-sema, Int l-omm tal-Mulej Qaddis tagħna Ġesù Kristu, Int l-għarusa ta’ l-Ispirtu s-Santu. |
|
![]() |