![]() |
L-Immakulata Kunċizzjoni - Poeżija |
|
Lil Ommna Marija ta' Patri Dumink Bonello OFMConv
Jismek Marija, isem sabih; jixraqlek bosta, imzejna bih.
Dawk li tawhulek, Anna w Gwakkin, ghazlulek isem, bih imkabbrin.
Din binthom helwa, tezor wahdien: il-hajja taghna, tama f'kull zmien.
Lilek Marija, Alla l-hanin, minn dejjem ghazlek fost il-bnedmin.
Kollok sabiha, b'Omm Ibnu ried; ahna wkoll sirna tieghek l-ulied.
Ta' min ihobbok ta' min jaghtik it-tifhir xieraq, li bih jghollik.
Harisna dejjem, dan nitolbuk, biex wara mewtna nigu nqawduk.
Rabat - Ghawdex 22 ta' Ottubru 2004 Din il-poezija waslet ghandna bil-posta minghand l-awtur. Valletta: 30.10.2004 |
![]()
Qaddisa Verġni Marija minn fost in-nisa ma twieldet qatt oħra bħalek. Int il-bint u l-qaddejja tas-Sultan il-Kbir l-aktar għoli u tal-Missier tas-sema, Int l-omm tal-Mulej Qaddis tagħna Ġesù Kristu, Int l-għarusa ta’ l-Ispirtu s-Santu.
|
|