![]() |
L-Immakulata Kunċizzjoni - Poeżija |
|
Int Kollok Sabiha ta' Patri Thomas Calleja OFMConv
Marija, Int tempju Int tabernaklu Int kollok sabiħa! Int palazz Dejjem beraħ Bla ebda għeluq Dejjem miftuħ Bla ebda katnazz!
Marija, Int għata Int mantell Int kollok sabiħa! Int ilbies Dejjem nadif Bla ebda tikmix Dejjem hekk safi Bla ebda tebgħa.
Marija, Int Vergni Int Omm Int kollox sabiħa! Int Immakulata Dejjem bil-grazzja Bla ebda ħazen Dejjem hekk pura Bla ebda dnub.
Marija, Int kollox Sabiha!
Multinational Village – Filippini 14 ta’ Ġunju 1997
Din il-poeżija nkitbet waqt li Fr Thomas kien missjunarju fil-Filippini Valletta: 4.10.2004 |
![]() Qaddisa Verġni Marija minn fost in-nisa ma twieldet qatt oħra bħalek. Int il-bint u l-qaddejja tas-Sultan il-Kbir l-aktar għoli u tal-Missier tas-sema, Int l-omm tal-Mulej Qaddis tagħna Ġesù Kristu, Int l-għarusa ta’ l-Ispirtu s-Santu. |
|