![]() |
L-Immakulata Kunċizzjoni - Poeżija | |
Xbieha ta' l-Immakulata ta' Robert Gatt
Kemm ghoxejt x'hin ilmaht il-figura ta' Omm Alla, l-Imnissla bla htija, dik ix-xebba, ezempju ta' imhabba bi stallarju jsawwarha bid-dija.
Rajtek hienja fl-ghelieqi, l-kampanja Lmaht lil surtek, il-wens tas-sbuhija, rajt ix-xbiha li hi mmakulata fuq kull isem, biss hawn fl-art Ghawdxija.
Tnax-il kewkba tpaxxew bi sbuhitek sebbhu t-titlu li jisboq kull gmiel, tkabbru bik, sebbhu ismek, Marija ghax dak l-isem mid-dnub le sab xkiel.
Wiccek jiddi, rebbieh tal-mibeghda b'dik il-harsa, haddejk kollha hmura, u bhal bjuda ta' libsa 'nt safja hekk minn mindu li hadt dik is-sura.
Rajt lil riglek qed jghattan iz-zina, ghax mhux biss li mid-dnub gejt mehlusa fuq il-hawn issaltan rebbieha, ghax f'hdan Alla thaddant bhal gharusa.
U b'hekk inti mid-dnub gejt mehlusa warrabt l-ghira ghax qalbek bla htija, le tajt widen ghall-firda, l-mibeghda ghax figurtek hi l-gherq tas-sbuhija.
Min hi din li bhal qamar sabiha hekk figura tiddi bhax-xemx, bhal ezerctu ghat-taqbida qed tbezza' ghaliex bhalha, sabiha zgur m'hemmx.
Tant poeti, kittieba w imghallma, kitbu fuqek u dwarek, Marija ghaliex rawk hekk sabiha, glorjuza, qisek dawl li fid-dalma tkun dija.
Rajt skultur qed inaqqax xbihatek ilu s-snin, minn dawk l-imghoddija, izda inti ser tibqa' issaltan bhal regina li qatt m'hi minsija.
Xtaqtni naf x'qalu n-nies dwarek malli rawk, lemhuk, fohrija, xtaqtni naf x'tennew b'sbuhitek li tax-xemx tisboq d-dija.
Xtaqtni rajtek f'bwieb il-knisja fl-ewwel darba il-purcissjoni, xtaqtni lmaht lin-nies icapcpu ghax xbihatek eccezzjoni.
Xtaqtni lmaht il-qniepen hienja li daqqew hekk b'melodija, illi sawru lil xbihatek illi tisboq kull sbuhija.
B'stil Barokk int gejt imnaqqxa int patruna fl-art Ghawdxija, int l-ezempju ta' l-imhabba int l-imnissla minghajr htija.
Inti l-Omm taghna l-Insara Inti l-Omm taghna l-bnedmin, Inti maghzula, Omm u Vergni u hekk tibqa' tul is-snin.
Rabat - Ghawdex Settembru 1999 Din il-Poezija dehret fil-Ktejjeb: Immakulata Kuncizzjoni: Festa 1999, Knisja San Frangisk - Victoria -Ghawdex, p.39. Valletta: 4.10.2004 |
![]()
Qaddisa Verġni Marija minn fost in-nisa ma twieldet qatt oħra bħalek. Int il-bint u l-qaddejja tas-Sultan il-Kbir l-aktar għoli u tal-Missier tas-sema, Int l-omm tal-Mulej Qaddis tagħna Ġesù Kristu, Int l-għarusa ta’ l-Ispirtu s-Santu. |
|