L-Immakulata Kunċizzjoni - Poeżija

 

<<|werrej|>> 


Infakkru u Nifirhu

il-150 sena tad-Domma


ta' Patri Dumink Bonello OFMConv


 

Omm taghna Marija, kollox sabiha,

ghaliex imnissla minghajr ebda dnub;

int l-ghaxqa taghna, il-ferh u tama shiha,

il-farag ta' kollha kemm huma l-qlub.

 

Ferhet il-Knisja meta l-Papa Piju,

mija w hamsin sen'ilu ddikjarak

Immakulata, waqt li kbir il-briju,

meta kif kien jixraqlek onorak.

 

Ghalhekk dis-sena mill-gdid nifirhulek,

ahna l-insara mid-dinja mxerrdin,

u ghal kull ghajnuna hajr inroddulek,

ghax minnek f'kull zmien ilkoll imharsin.

 

Berikna Marija waqt li nitolbuk:

Ghallimna dejjem kif ghandna nhobbuk!

 

 

Rabat - Ghawdex

4 ta' Ottubru 2004


Din il-poezija waslet ghandna minghand l-awtur.

Valletta: 11.10.2004


 

Talba ta'

San Franġisk

lil Marija

 

Qaddisa Verġni Marija

minn fost

in-nisa ma twieldet qatt oħra bħalek.

Int il-bint

u l-qaddejja

tas-Sultan

il-Kbir

l-aktar għoli

u tal-Missier

tas-sema,

Int l-omm

 tal-Mulej Qaddis tagħna

Ġesù Kristu,

Int

l-għarusa

ta’

l-Ispirtu

s-Santu.