L-Immakulata Kunċizzjoni - Poeżija

 

<<|werrej|>> 


Tifhir lill-Immakulata

fil-150 sena tad-Domma


ta' Patri Dumink Bonello OFMConv


 

Kien jixraqlek tassew, O Marija,

l-indafa kollha ta' ruhek,

meta bla tebgha ta' dnub gejt imnissla,

u fl-istess hin, bil-grazzja mimlija!

 

Ghax kont Int il-maghzula minn Alla,

biex fil-milja taz-zmien,

f'gufek kollu safa,

jitnissel b'ghageb t'Alla,

l-istess Iben Wahdieni tieghu.

 

Ghalhekk, il-Messaggier tas-sema, Gabrijel,

kien gie ghandek biex iwassallek l-ahbar,

u kif dahal ghandek, kollu qima, sellimlek

u tak il-bxara t-tajba, mid-dinja mistennija:

"Ifrah, mimlija bil-grazzja, il-Mulej mieghek,

Imbierka fost in-nisa."

 

U hekk sirt taf li kont Int

il-maghzula minn Alla,

u x'kien sejjer isehh fik!

Gabrijel, minghandek stenna t-twegiba

u int tajthielu b'dawn il-kelmiet:

"Hawn hi l-qaddejja tal-Mulej,

ha jsir minn skond kelmtek."

 

Ghax kif seta' qatt jitnissel fik

u minnek jitwieled il-Qaddis li jkun Bin Alla,

jekk Int ma tkunx ghal kollox safja?

 

Ragun kellu l-Papa Piju Disgha

li, wara hafna snin ta' stennija,

ta' studju, diskussjonijiet, ragunar,

u talb mill-Knisja kollha,

jasal biex jipproklama d-DOMMA,

li biha, Int Marija, gejt maghrufa:

IMMAKULATA sa minn tnissilek!

 

Ghaddew MIJA U HAMSIN SENA

minn dik il-Proklamazzjoni,

ta' l-akbar gieh ghalik, Marija,

u ta' ferh bla qies ghalina.

 

Tifrah il-Knisja kollha,

u jifrah l-Ordni Frangiskan,

ghaliex fost tant ulied,

jispikka l-Beatu Duns Skotus,

li ilkoll thabtu biex jarawk imzejna

b'din il-glorja tad-Domma li, ma' ohrajn,

xerqulek bhal kwiekeb leqqiena madwar rasek,

bhal dak il-qamar ta' taht riglejk,

biex b'hekk tidher imlibbsa bix-xemx,

u l-Knisja f'kull zmien ittennilek:

"Kollox sabiha, O Marija,

u fik m'hemm ebda tebgha ta' dnub."

 

Harisna, Marija, Int l-Immakulata,

biex nghixu 'l boghod mid-dnub

f'din il-hajja ta' issa,

sa naslu hdejk fis-sema,

biex flimkien ma' Gesù tieghek,

ingawduk ghal dejjem!

 

Rabat - Ghawdex

17 ta' Settembru 2004


Din il-poezija waslet ghandna minghand l-awtur.

Valletta: 20.9.2004


 

Talba ta'

San Franġisk

lil Marija

 

Qaddisa Verġni Marija

minn fost

in-nisa ma twieldet qatt oħra bħalek.

Int il-bint

u l-qaddejja

tas-Sultan

il-Kbir

l-aktar għoli

u tal-Missier

tas-sema,

Int l-omm

 tal-Mulej Qaddis tagħna

Ġesù Kristu,

Int

l-għarusa

ta’

l-Ispirtu

s-Santu.