L-Immakulata Kunċizzjoni - Poeżija

 

<<|werrej|>> 


Lil Marija Immakulata

F'Gheluq il-Mija u Hamsin Sena

mill-Proklamazzjoni tad-Domma


ta' Patri Dumink Bonello OFMConv


 

Jixraqlek, O Marija,

Kull hajr u kull tifhir,

ghax Inti l-Omm Hanina,

ta' l-ghani u tal-fqir.

 

Qeghdin dis-sena nfakkru,

id-Domma l'hi ta' gieh

ghalik li Alla ghazlek,

u riedek biss ghalih.

 

Il-Papa Piju Disa',

illum Beatu wkoll;

kien hu li d-Domma xandar,

l-Insara ferhu lkoll!

 

U inti, O Marija,

sahhaht dil-verità,

meta stqarrejt lic-Ckejkna,

bi kbira umiltà:

 

"Jiena l-IMMAKULATA,

imnissla minghajr dnub!"

B'dan kliemek, O Marija,

Bil-ferh imtlew il-qlub.

 

Aghmilna nixbhu lilek,

bil-grazzja moghnijin,

sa naslu hdejk fis-sema

u nkunu mal-henjin!

 

Rabat - Ghawdex

10 ta' Lulju 2004


Din il-poezija waslet ghandna bil-posta minghand l-awtur.

Valletta: 17.8.2004


 

Talba ta'

San Franġisk

lil Marija

 

Qaddisa Verġni Marija

minn fost

in-nisa ma twieldet qatt oħra bħalek.

Int il-bint

u l-qaddejja

tas-Sultan

il-Kbir

l-aktar għoli

u tal-Missier

tas-sema,

Int l-omm

 tal-Mulej Qaddis tagħna

Ġesù Kristu,

Int

l-għarusa

ta’

l-Ispirtu

s-Santu.