![]() |
L-Immakulata Kunċizzjoni - Poeżija |
|
Mija u Hamsin Sena mid-Domma ta' l-Immakulata ta' Patri Dumink Bonello OFMConv
Nifirhulek, O Marija, nifirhulek ahna lkoll, ghax int l-Omm l-aktar hanina ta' Gesù u taghna wkoll.
Nifirhulek ghax tnissilek minghajr tebgha tassew kien; hekk kien jixraq lilek siehba. ta' min tana il-helsien.
Mhux ta' b'xejn illi l-Arkanglu, il-mibghut t'Alla l-Hanin, mar jaghtik dik it-tislima li tixraqlek ta' kull hin!
Ghax bil-grazzja sew mimlija, minghajr dell ta' xi htijiet; kollox sbejha, kollok safja, tezor kbir ta' virtujiet.
Ragun kellha Ommna l-Knisja, meta ferh bla qjies uriet, dak in-nhar li Piju Disa' jipproklama d-Domma ried!
Illi inti, O Marija, kont imnissla minghajr dnub, kif kien jixraq lil min ghazlek, u tkun ferh ta' hafna qlub.
Ghaddew mija u hamsin sena, ghadda jigri dan iz-zmien! Jixraq mela nfakkru d-Domma, u nifirhu lkoll flimkien.
Tkun imbierka, O Bla Tebgha, u harisna nitolbuk: Zommna dejjem boghod mill-htija, biex hekk naslu li ngawduk!
Rabat - Ghawdex 11 ta' Gunju 2004 Din il-poezija waslet ghandna bil-posta minghand l-awtur. Valletta: 16.6.2004 |
![]()
Talba ta' San Franġisk lil Marija
Qaddisa Verġni Marija minn fost in-nisa ma twieldet qatt oħra bħalek. Int il-bint u l-qaddejja tas-Sultan il-Kbir l-aktar għoli u tal-Missier tas-sema, Int l-omm tal-Mulej Qaddis tagħna Ġesù Kristu, Int l-għarusa ta’ l-Ispirtu s-Santu. |
|
![]() |