![]() |
L-Immakulata Kunċizzjoni - Poeżija |
|
Il-Papa Piju IX u d-Domma ta' l-Immakulata ta' Patri Dumink Bonello OFMConv
B'liema kobor, O Marija, zejnek Alla il-Hanin, sabiex tkun Omm l-Iben tieghu u l-omm taghna il-bnedmin.
It-tnissil tieghek bla tebgha, riservat kien biss ghalik harsek Alla sa mill-bidu, b'hekk id-dnub qatt ma kien fik.
Lejk il-Knisja dejjem thares, Lilek tfahhar kollok sebh; tixtieq dejjem illi tixbah, minnek hi tistenna n-nebh.
Jixraq, mela, l'ahna nfakkru meta l-Papa ddikjarak minghajr tebgha fi tnissilek, kif xeraqlek onorak.
O Marija lejk induru, int ismaghna nitolbuk; sawwab fuqna hafna grazzji biex hekk dejjem inhobbuk.
Fl-ahhar naslu hdejk fis-sema, fejn tixtieqna zgur ilkoll; 'il Gesu' ingawdu mieghek, din hi x-xewqa taghna wkoll!
Rabat - Ghawdex 5 ta' Settembru 2004 Din il-poezija waslet ghandna bil-posta minghand l-awtur. Valletta: 7.9.2004 |
![]()
Talba ta' San Franġisk lil Marija
Qaddisa Verġni Marija minn fost in-nisa ma twieldet qatt oħra bħalek. Int il-bint u l-qaddejja tas-Sultan il-Kbir l-aktar għoli u tal-Missier tas-sema, Int l-omm tal-Mulej Qaddis tagħna Ġesù Kristu, Int l-għarusa ta’ l-Ispirtu s-Santu.
|
|