L-Immakulata Kunċizzjoni - Poeżija

 

 <<|werrej|>> 


"Quddiem ix-Xbieha ta' l-Immakulata"


minn Kav. Joe M. Attard


 

Kemm Int sbejha, O Marija!

Ahna gejna nzuruk

F'das-Santwarjuh tieghek

U mhabbitna hawn nuruk.

 

Int twelidt hielsa mill-htija

Xejn ma jassrek ix-xitan;

Ghaliex Int I-Immakulata

Dana kien ta' Alla l-pjan.

 

Inti kont li sa mill-bidu

Ras is-serp shaqt taqt riglejk;

Lilna seddaq b'kull qdusija

U ressaqna aktar lejk.

 

Patrun Int tal-Frangiskani;

Dejjem sabu fik kull kenn;

Lejk dawn resqu ta' kull meta

Qamu l-halel ta' l-infern.

 

Zammew lilek b'Omm mahbuba

Fasani, Kolbe u ohrajn;

Maghhom ahna rridu nduqu

Minn tal-grazzja tieghek l-ghajn.

 

Qeghdin naghmlu llum il-festa

f'gieh it-Tnissil safi tieghek;

Lilna wkoll nitolbuk zommna

nodfa w sbieh marbutin mieghek.

 

Harisna Int mill-hemm tal-hajja,

Gwerer, faqar, dnubiet, mard,

Beghidna dejjem minn kull hsara

Hajjitna ibdel f’gieh ta' ward,

 

Halli nzejnu lil altarek

Bl-isbah fjuri imfewhin

Ghaliex Inti r-Regina

Tas-sinjuri u l-fqajrin.

 

Minn gos-Sema fejn Int gieghda

Itfa' harstek fuqna Ikoll,

Nessi l-firda w gib il-paci

U l-qlub iebsa rattab, holl!

 

Halli Ikoll nghixu annuna

Taht il-mant tieghek setghan

Fejn il-bniedem zgur li jikseb

Tar-ruh tieghu il-fejqan.

 

Kemm kien gharef dak li sawrek

F’din ix-xbieha kollha gmiel!

Kulhadd staghgeb, kulhadd skanta

Ghal sbuhitek, kulhadd miel.

 

Jekk fil-gibs, fil-kartapesta

Inti tidher daqshekk sbejha,

Ghidli ftit hemm gewwa l-Genna

Tisboqx Inti lil kull hlejqa!

 

Kien jisthoqqlok dan u iktar

Xemx sabiha tar-Rebbiegha;

Inti s-sahha, int il-barka

Wettaq lilna f'din is-siegha

 

Sabiex wara din il-hajja

ferhanin dejjem qrib tieghek

gewwa l-Genna nigu ahna

lil Gesu' ngawdu mieghek.

 

Victoria – Ghawdex

1986


Din il-Poezija dehret fil-Ktejjeb: L-Immakulata: Programm-Tifkira tal-Festa ta' l-Immakulata Kuncizzjoni 1986, - Frangiskani Konventwali - Victoria - Ghawdex.

Valletta: 4.6.2004


 

Talba ta'

San Franġisk

lil Marija

 

Qaddisa Verġni Marija

minn fost

in-nisa ma twieldet qatt oħra bħalek.

Int il-bint

u l-qaddejja

tas-Sultan

il-Kbir

l-aktar għoli

u tal-Missier

tas-sema,

Int l-omm

 tal-Mulej Qaddis tagħna

Ġesù Kristu,

Int

l-għarusa

ta’

l-Ispirtu

s-Santu.