L-Immakulata Kunċizzjoni - Poeżija

 

 <<|werrej|>> 


L-Immakulata


minn Kav. Joe M. Attard


 

Mad-dnub ta' Adam u Eva

Il-bnedmin waqghu fil-jasar;

Ix-xitan kanta vittorja

Ghaliex haseb li kien wasal

 

Biex jahkimna taht mantaru

W bieb il-genna jista' jaghlaq

Ghaliex issa lkoll ilsiera –

‘Mma gharralu w ghalxejn gharaq

 

Ghax fil-hsieb t'Alla Setghani

Twieldet Mara minghajr dnub

Illi kellha bl-akbar qawwa

Lis-serpent tishaq bl-gharqub.

 

Din kienet l-Immakulata

Is-Sultana ta' kull zmien

Li mal-wasla taghha fostna

Rega' stejqer il-holqien.

 

Ta' kull sena kif Dicembru

Jibda jmattar l-ewwel passi

Festa kbira 'lilha' naghmlu

Le, ma nibqghu kwieti w cassi

 

‘Mma arana nigru, nhaffu

Baned, nar, norganizzaw;

Tizjin, dwal, muzika mill-aqwa

Ejjew zgur halli taraw.

 

Gewwa l-qalba tal-Victoria

Knisja helwa Frangiskana

Illum mghammra, xejn mhi nieqsa

B'Marija f'nofsna setghana.

 

Sa minn zmien il-Frangiskani

Lilha hatru l-Patruna –

Harstek itfa' immela fuqhom

W'anke' lilna zomma annuna.

 

Xerred fuq dan Ghawdex taghna

Grazzji, paci, hena w gid;

GhaI go hdanek kulhadd jigi

Ghax hemmhekk mistrieh isib.

 

Sabiex wara din il-hajja

Illi nterrqu f’dan il-wied

Ingawduk fis-Sema nigu –

Ghaliex Ibnek dan li ried.

 

Ghinna ghalhekk ja Omm hanina

Li naqghu mieghek unjoni

Halli mbaghad fil-jiem tal-Festa

Nghajtu: "Viva l-Kuncizzjoni!”

 

Victoria – Ghawdex

1993


Din il-Poezija dehret fil-Ktejjeb: L-Immakulata Kuncizzjoni: Programm ta' Tifkira tal-Festa 1993, - Frangiskani Konventwali - Victoria - Ghawdex, p.7.

Valletta: 4.6.2004


 

Talba ta'

San Franġisk

lil Marija

 

Qaddisa Verġni Marija

minn fost

in-nisa ma twieldet qatt oħra bħalek.

Int il-bint

u l-qaddejja

tas-Sultan

il-Kbir

l-aktar għoli

u tal-Missier

tas-sema,

Int l-omm

 tal-Mulej Qaddis tagħna

Ġesù Kristu,

Int

l-għarusa

ta’

l-Ispirtu

s-Santu.