![]() |
L-Immakulata Kunċizzjoni - Poeżija |
|
Lill-Vergni Mbierka minn Kav. Joe M. Attard
Sliem ghalik, O Vergni Mbierka Int twelidt hielsa mill-htija; Safja, helwa u rzina Boghod mill-hemm u kollok dija.
Kemm nixtieq li kliemi hlejju daqs ghaslet warda Maltija, Jew ifewwah daqs il-plejju biex niseg ghanja 'l Marija.
Inti l-isbah fost il-kwiekeb Illi jzejnu lis-Smewwiet; Inti l-aqwa fost il-fjuri tal-widien u fuq l-gholijiet.
Mhux ta' b'xejn li Alla hatrek Biex tkun l-Omm t'Ibnu I-Feddej; X'seta' jnissel isbah minnek F'zmien l-imgloddi jew f'li gej!
Gewwa s-Sema int Regina; Ta' did-dinja Inti l-Omm; Kun ghalina t-tmun ewlieni U bejnietna l-ghaqda zomm.
Minn qatt jixba' jlissen ismek Gewwa s-Sema jew fuq l-art! Ras is-serp int shaqt mill-bidu U b'uliedek lilna htart.
Xerred fuq iz-zghazagh taghna safa, ferh, kuragg u gid; u lil dawk li nsew lil Ibnek fi hdanek regga' mill-gdid.
Itfa' harstek fuq gziritna; Ahna l-Gzira tal-Madonna U ma rridu 'l hadd li jigi u jcahadna minn din Ommna.
Ghalkemm tgerbu elfejn sena Mindu sehh it-Twelid tieghek, Ahna rridu nibqghu dejjem Imghanngin fl-imhabba mieghek.
W ghalhekk talba xtaqt naghmillek O helwa Ommna Marija - Gib ir-risq, il barka, l-hena fuq din l-art ckejkna Maltija!
Sabiex wara din il-hajja illi nghaddu taht mantarek, ingawduk nigu fil-genna ferhanin lkoll madwarek.
Victoria – Ghawdex 4 ta’ Ottubru 1985 Din il-Poezija dehret fil-Ktejjeb: Immakulata Kuncizzjoni: Programm-Tifkira tal-Festa ta' l-Immakulata Kuncizzjoni 1985, - Frangiskani Konventwali - Victoria Ghawdex. Valletta: 4.6.2004 |
![]()
Talba ta' San Franġisk lil Marija
Qaddisa Verġni Marija minn fost in-nisa ma twieldet qatt oħra bħalek. Int il-bint u l-qaddejja tas-Sultan il-Kbir l-aktar għoli u tal-Missier tas-sema, Int l-omm tal-Mulej Qaddis tagħna Ġesù Kristu, Int l-għarusa ta’ l-Ispirtu s-Santu. |
|
![]() |