![]() |
L-Immakulata Kunċizzjoni - Poeżija |
|
Lil Marija Mmakulata minn Kav. Joe M. Attard
Tkun tassew fqira ghanjieti Bla xaqq dawl u bla fohrija Jekk daw'1-versi illi insigtlek Ma jqanqlux il-qlub zonqrija.
Ghal darb'ohra regghet waslet Festek sbejha, O Marija; Xerred fuqna l-grazzji tieghek Thalliniex b'qlubna mifnija.
Inti kont li sa mill-bidu Gejt fid-dinja minghajr htija; Bieghed minna kull tnehida, Zommna qribek f’din is-siegha.
Ghad-dell tieghek kulhadd jifrah Kbar u zghar, ghonja u fqar; Lilek ahna dejjem sibna Kemm fil-ferh, u kemm fl-imrar.
F'din il-Knisja Frangiskana Fejn spiss nigu nzuruk; Nitolbuk u inqimuk; U mhabbitna lkoll nuruk.
Din l-istatwa hekk ta' l-ghageb Tisboq kull gilju tal-gnien, Is-sura u x-xbieha tieghek Huma gawhra fil-holqien.
Mhux ta' b'xejn l'ahna nintilfu Meta nigu hawnhekk, hdejk, Ghax il-gmiel l’int bih imzejna Ta' bilfors jigbidna lejk.
Bhal daz-zmien mitt sena ilu ‘Monsinjur tal-Vers' () kitiblek Antifona mirquma w helwa Biex tindaqq u titkantalek
F'dawn il-granet sbieh tal-festa Illi jigu ta' kull sena; Innu ta' tifhir ninsgulek Li jimliena lkoll bil-hena.
Itfa' harstek issa mmela Fuq dal-poplu li qed jifrah B'din il-festa li ssir fqiehek f'dan it-tempju f’nofs il-misrah.
Ridt tkun Int biex bieb il-Genna Mill-gdid jerga' jinfethilna Wara li b'gharqubek helu Ras is-serp fis Int shaqtilna.
Ghinna biex wara dil-hajja Ghall-harsien u il-kenn tieghek Nigu ingawduk fis-Sema Imghaqqdin ghal dejjem mieghek.
Nota: (1). Mons Guzeppi Farrugia (tal-vers) (1853 -1925) li kiteb l-Antifona famuza tal-Kuncizzjoni li tindaqq fil-Knisja ta’ San Frangisk, fir-Rabat ta’ Ghawdex.
Rabat – Ghawdex 18 ta' Ottubru 1984 Din il-Poezija dehret fil-Ktejjeb: L-Immakulata: Programm-Tifkira tal-Festa ta' l-Immakulata Kuncizzjoni 1984, - Frangiskani Konventwali - Victoria Ghawdex. Valletta: 4.6.2004 |
![]() Talba ta' San Franġisk lil Marija
Qaddisa Verġni Marija minn fost in-nisa ma twieldet qatt oħra bħalek. Int il-bint u l-qaddejja tas-Sultan il-Kbir l-aktar għoli u tal-Missier tas-sema, Int l-omm tal-Mulej Qaddis tagħna Ġesù Kristu, Int l-għarusa ta’ l-Ispirtu s-Santu. |
|
![]() |