![]() |
L-Immakulata Kunċizzjoni - Poeżija |
|
Tota Pulchra es Maria minn Kav. Joe M. Attard
Il-festa tieghek regghet waslet O Marija Immakulata; Kemm henjin ahna b’dil-grajja Zgur li hekk tixtieq tarana.
Int Twelidt hielsa mill-htija, Hekk riedek Sid il-Holqien – Riedek safja u sabiha Mal-milja kollha taz-zmien.
Ras is-serp irfist mill-bidu Biex tifthilna Bieb il-Genna; Lil uliedek tridhom dejjem Tal-grazzja jaqsmu mill-benna.
lnt sabiha, O Marija, Kun dejjem lnt l-Omm taghna Bieghed minna kull tnehida U madwarek fis igmaghna.
Quddiem ix-xbieha tieghek Arana hawn illum; Nitolbuk; isma' talbna Biex qalbna le ddum
Imtaqqla bl-hemm tal-hajja Bin-niket u bid-dwejjaq lzd'Int mill-ewwel targa' Lilna uliedek tfejjaq.
Mid-dnub zommna mbieghda W habbibna lnt bejnietna Fawwar dejjem lil qlubna B'sens ta' moghdrija w hniena.
B'hekk biss inkunu denji Li nersqu aktar Lejk U wara din il-hajja Fil-genna nigu hdejk.
Victoria – Ghawdex 1983 Din il-Poezija dehret fil-Ktejjeb: L-Immakulata: Programm-Stedina tal-Festa ta' l-Immakulata Kuncizzjoni 1983, - Frangiskani Konventwali - Victoria Ghawdex. Valletta: 4.6.2004 |
![]() Talba ta' San Franġisk lil Marija
Qaddisa Verġni Marija minn fost in-nisa ma twieldet qatt oħra bħalek. Int il-bint u l-qaddejja tas-Sultan il-Kbir l-aktar għoli u tal-Missier tas-sema, Int l-omm tal-Mulej Qaddis tagħna Ġesù Kristu, Int l-għarusa ta’ l-Ispirtu s-Santu. |
|
![]() |