L-Immakulata Kunċizzjoni - Poeżija

 

 <<|werrej|>> 


Quddiem ix-Xbieha ta' l-Immakulata


minn Kav. Joe M. Attard


 

Halliena Madonna     

Ninxtehtu quddiemek,    

Inbierku lil ismek    

Nitghaxxqu bi gmielek.

 

Qeghdin ahna nfakkru

Dil-festa llum tieghek;

Arana ferhana

Maghquda lkoll mieghek.

 

Sabiha bhal warda

Li tiftah max-xemx

Li tferrex il-Fwieha

Fejn ghadu ma hemmx

 

Ix-xbieha li ghandna

F'dal-maqdes sabih

Hi xhud ta' mhabbitna

Go qalbna bi shih.

 

O helwa Marija

Hekk riedek is-Sid;

Bla tebgha Hu halqek

Ghax riedlek il-gid.

 

Il-gnus kollha bierku

Dak ismek sabih

Kulhadd wera mhabbtu

Mill-izghar sax-xih.

                               

Fis-sema fejn qeghda

Bil-hrara jqimuk;

Kulhadd hdejh iridek,

"Sultana" jsibuk.

 

Ghajnejn fuqek xehet

Sa qabel iz-zmien

U sbejha mar jaghmlek

Ghax bhalek imkien.

 

Int tfawwar id-dinja

Bil-grazzji kull hin,

U tixhed u turf

L’Int Omm il-bnedmin.

                               

Qaddisna, Marija

Bi xraret ghajnejk;

Biex wara dil-hajja

Nittajru ghal hdejk.

 

lnt sabiha, O Marija,

Kun dejjem lnt l-Omm taghna

Bieghed minna kull tnehida

U madwarek fis igmaghna.

 

Victoria –Ghawdex

1982

 


Din il-Poezija dehret fil-Ktejjeb: Immakulata Kuncizzjoni: Programm-Tifkira tal-Festa ta' l-Immakulata Kuncizzjoni 1982, - Frangiskani Konventwali - Victoria Ghawdex.

Valletta: 4.6.2004


 

Talba ta'

San Franġisk

lil Marija

 

Qaddisa Verġni Marija

minn fost

in-nisa ma twieldet qatt oħra bħalek.

Int il-bint

u l-qaddejja

tas-Sultan

il-Kbir

l-aktar għoli

u tal-Missier

tas-sema,

Int l-omm

 tal-Mulej Qaddis tagħna

Ġesù Kristu,

Int

l-għarusa

ta’

l-Ispirtu

s-Santu.