L-Immakulata Kunċizzjoni - Poeżija

 

<<|werrej|>> 


Lill-Immakulata Kuncizzjoni


ta' Patri Dumink Bonello OFMConv


 

Kont minn dejjem fil-hsieb t'Alla,

biex tkun l-Omm t'Ibnu l-Wahdien,

ried ukoll izejnek b'gidu,

Int l-Imbierka ta' kull zmien.

 

Gejt imnissla minghajr tebgha,

qatt mirbuha mix-xitan;

Int bil-grazzja gejt mimlija,

ghax hekk ghogob lis-Setghan.

 

Tista' tghid li dan kien dejjem

it-taghlim bil-bosta shih,

ta' ghorrief li kollha mhabba,

tawk, Marija, l-aqwa gieh!

 

Jonqos biss kienet id-Domma

biex izzidlek kull tifhir;

kien il-Papa Piju Disa'

li ta rkaptu biex issir.

 

Iss'ghaddew dawn is-snin kollha,

sewwa sew Mija u Hamsin!

Dawn is-snin kollha kemm huma

minnek bosta moghgubin.

 

Tifhir lilek jaghtu l-Angli,

maghhom kollha l-Qaddisin;

ta' din l-art ukoll, Marija,

jaghtuk qima ta' kull hin.

 

Din hi t-talba li naghmlulek,

Omm Gesù u Ommna lkoll:

Hares lilna minn kull hazen,

zommna qribek issa wkoll!

 

Rabat - Ghawdex

18 ta' Mejju 2004


Din il-poezija waslet ghandna bl-idejn minghand l-awtur.

Valletta: 21.5.2004


Talba ta'

San Franġisk

lil Marija

 

Qaddisa Verġni Marija

minn fost

in-nisa ma twieldet qatt oħra bħalek.

Int il-bint

u l-qaddejja

tas-Sultan

il-Kbir

l-aktar għoli

u tal-Missier

tas-sema,

Int l-omm

 tal-Mulej Qaddis tagħna

Ġesù Kristu,

Int

l-għarusa

ta’

l-Ispirtu

s-Santu.