L-Immakulata Kunċizzjoni - Poeżija

 

<<|werrej|>> 


Ghaddew Mija u Hamsin Sena!


ta' Patri Dumink Bonello OFMConv


 

Tifhir lilek, O Marija,

ahna lkoll naghtuk flimkien,

ghaliex Alla lilek ghazel

sa minn qabel il-holqien!

 

Int il-Mara mwieghda fl-Eden,

nislek jishaq kellu wkoll

ras il-ghadu tar-ruh taghna,

b'hekk salvati gejna lkoll.

 

Ghalhekk Alla lilek hares

mit-tnissil kif riedek Hu,

sabiex tkun l-Immakulata,

l-Omm wisq denja ta' Gesù.

 

Kellhom jghaddu bosta sekli

dwar dan tieghek il-helsien,

biex il-Papa Piju Disa'

b'Domma wettaq dan l-gharfien!

 

Ghaddew issa il-mitt sena,

u l-hamsin maghhom ukoll

minndu d-Domma giet imxandra;

hal'nifirhu mela lkoll!

 

Ommna l-Knisja dejjem tatek

gieh u qima ta' kull hin;

lil uliedha dejjem hegget

jixbhu lilek, qaddisin!

 

Ixhet fuqna, O Marija,

dik il-barka li kull omm

tixtieq taghti lil uliedha,

u li hadd ma jista jzomm!

 

 

Rabat - Ghawdex

28 ta' April 2004


Din il-poezija waslet ghandna bl-idejn minghand l-awtur.

Valletta: 21.5.2004


 

Talba ta'

San Franġisk

lil Marija

 

Qaddisa Verġni Marija

minn fost

in-nisa ma twieldet qatt oħra bħalek.

Int il-bint

u l-qaddejja

tas-Sultan

il-Kbir

l-aktar għoli

u tal-Missier

tas-sema,

Int l-omm

 tal-Mulej Qaddis tagħna

Ġesù Kristu,

Int

l-għarusa

ta’

l-Ispirtu

s-Santu.