![]() |
L-Immakulata Kunċizzjoni - Poeżija |
|
Minn qiegh qalbna mill-Liturġija tas-Sigħat
Minn qiegh qalbna tohrog ghanja ta' tifhir ghalik, Omma Alla, biex infakkru kif jixraqlek l-ewwel waqt tas-sbih ta' hajtek.
Vergni mqaddsa gieh tad-dinja, bint id-Dawl li kien minn dejjem Ibnek harsek minn kull tebgha sa mill-ewwel bidu tieghek.
Minn Adam ilkoll nitnisslu fit-tingis ta' l-ewwel htija: inti wahdek, wara Kristu, qatt ma kont bil-ghajb mimsusa.
Ras is-serp li qarraq bina tghaffget shih ma' l-art taht riglek, bhalma t-tfajjel David xejjen ggant ta' sahha barranija.
Dhalt fid-dinja bhal hamiema gwejda w minghajr semm ta' htija, bis-sinjal tal-hniena t'Alla rimja gdida t'gherq il-grazzja.
Aghmel int li nsebbhu f'kollox lill-Missier, lil Kristu Ibnek, u 'l-Ispirtu, li bil-grazzja hekk imlewk li hadd m'hu bhalek. Amen.
Innu tat-Tifhir ta' Sbih il-Jum Solennità tat-Tnissil Bla Tebgha tal-Vergni Mqaddsa Marija 8 ta' Dicembru Dan huwa innu mehud mill-Liturgija tas-Sighat tas-Solennità tat-Tnissil Bla Tebgha tal-Vergni Mqaddsa Marija. Valletta: 29.3.2004 |
![]() Talba ta' San Franġisk lil Marija
Qaddisa Verġni Marija minn fost in-nisa ma twieldet qatt oħra bħalek. Int il-bint u l-qaddejja tas-Sultan il-Kbir l-aktar għoli u tal-Missier tas-sema, Int l-omm tal-Mulej Qaddis tagħna Ġesù Kristu, Int l-għarusa ta’ l-Ispirtu s-Santu. |
|
![]() |