L-Immakulata Kunċizzjoni - Poeżija

 

<<|werrej|>>


Quddiem ix-xbieha tal-Madonna


minn Mons Giuseppe Farrugia Gioioso


 

Kull xhin inhares lejk, Marija, u nara

dak wiccek zghir u hlejju, bi tbissima

fuq xofftejk, thares lejja kollok hrara,

tfawwar minn qalbi nhoss din it-tislima.

 

Sliem ghalik, omm l-imhabba, sliem u qima.

Harisna nitolbuk minn dik il-hsara

li qieghda ggib fid-dinja dik il-bhima

li ghaffigt, meta mieghek giet tissara.

 

Harxa t-taqbida, tqil iz-zmien, l-irvina

dahlet sewwa; int tafu kollu dana.

Jekk ma taqbizx, sa jaqbez min ghalina!

 

Imma int hanina, twajba, int sultana

li ghandek qalb u setgha biex tifdina;

kun mela int, is-sejf u t-tarka taghna.

 

Mons. Giuseppe Farrugia Gioioso (1887–1969)

 

 


Il-Poezija dehret fir-Rivista: Tota Pulchra, Ktejjeb-Tifkira tal-Festa ta' l-Immakulata Kuncizzjoni 2003, Nru 22, Frangiskani Konventwali - Victoria Ghawdex, p.124. Il-bord editorjali tar-rivista jrodd hajr lis-sur Frank Mercieca li ghaddielu dan is-sunett.

Valletta: 24.3.2004


 

Talba ta'

San Franġisk

lil Marija

 

Qaddisa Verġni Marija

minn fost

in-nisa ma twieldet qatt oħra bħalek.

Int il-bint

u l-qaddejja

tas-Sultan

il-Kbir

l-aktar għoli

u tal-Missier

tas-sema,

Int l-omm

 tal-Mulej Qaddis tagħna

Ġesù Kristu,

Int

l-għarusa

ta’

l-Ispirtu

s-Santu.