L-Immakulata Kunċizzjoni - Poeżija

 

<<|werrej|>> 


Difensur Qalbieni ta’ l-Immakulata


minn Kan. Guzepp Grech Cremona


 

Lill-Beatu Gwanni Duns Skotu

Frangiskan Konventwali

Difensur Qalbieni ta’ l-Immakulata

 

O ta’ Marija difensur qalbieni

imhabbtek kienet li geghlitek tfisser

kif omm Gesù wahidha kellha tkisser

il-qawwa kollha tas-serpent ewlieni.

 

Ghax Alla seta’ u xieraq kien li jamar

li l-omm ta’ Kristu tkun Immakulata.

Ghamel ghalhekk li lilha biss jinghata

li gmielha jisboq lil tax-xemx u l-qamar.

 

Ghaddew mijiet ta’ snin u sar id-Domma

dwar it-tnissil bla tebgha tal-Madonna

u dan Marija stess wettqitu b’fommha.

 

Narawk kanonizzat nixtiequ konna

u ghadna lkoll b’xewqa li hadd ma jzommha

ghax int ta’ l-gherf qaddis tassew kolonna.

 


Il-Poezija dehret fir-Rivista: Tota Pulchra, Ktejjeb-Tifkira tal-Festa ta' l-Immakulata Kuncizzjoni 2003, Nru 22, Frangiskani Konventwali - Victoria Ghawdex, p.124.

Valletta: 24.3.2004


Talba ta'

San Franġisk

lil Marija

 

Qaddisa Verġni Marija

minn fost

in-nisa ma twieldet qatt oħra bħalek.

Int il-bint

u l-qaddejja

tas-Sultan

il-Kbir

l-aktar għoli

u tal-Missier

tas-sema,

Int l-omm

 tal-Mulej Qaddis tagħna

Ġesù Kristu,

Int

l-għarusa

ta’

l-Ispirtu

s-Santu.