![]() |
L-Immakulata Kunċizzjoni - Poeżija |
|
Viva l-Immakulata minn Kav. Joe M. Attard
Intom hbieb xejn ittendejtu illi waslet festa kbira! Jum it-tmienja ta’ Dicembru ta’ kulhadd jisfa l-mira.
F’din il-knisja f’nofs ir-Rabat hawn isaltnu l-Frangiskani illi lejhom ahna grati – maghhom gabu wirt hekk ghani.
F’nofs il-maqdes zgur tispikka l-istatwa tal-Kuncizzjoni illi lejl u nhar tharisna u taghmilna lkoll unjoni.
Ahna le noqoghodu lura, lilha naghmlu festa prima; minn kull rokna l-folol jigu u bl-imhatra min iqimha!
Kemm nitpaxxa f’din il-knisja ta’ l-arti kapulavur: il-hsieb tieghi ’il fuq joghla hekk kif lilha dlonk inzur.
U nitghaxxaq f’dawn l-inhawi nisma’ l-banda u l-isparar, it-tizjin jien noghxa nara – ikla tajba f’nofsinhar!
U tal-bhejjem it-tigrija jistennewha hafna nies; xi grokk niehdu ghax il-kesha basta dan ikun bil-qies!
Izda l-iktar essenzjali jibqghu l-funzjonijiet u bi hgarha n-nies tigi mill-irhula u l-ibliet.
Din il-festa li tressaqna lejn il-grajja tal-Milied taf iggib il-maltemp maghha toholqilna ftit tal-hsieb.
Sew jekk gewwa, sew jekk barra o Marija titlaqniex; qatt tichadna, qatt twarrabna, ara qatt ma tinsiniex!
Irridu nibqghu uliedek imdawrin mal-mantar tieghek sakemm tasal dik il-ghodwa li ninghaqdu dejjem mieghek. Din il-Poezija dehret fir-Rivista: Tota Pulchra, Ktejjeb-Tifkira tal-Festa ta' l-Immakulata Kuncizzjoni 2003, Nru 22, Frangiskani Konventwali - Victoria Ghawdex, p.119. Valletta: 24.3.2004 |
![]()
Talba ta' San Franġisk lil Marija
Qaddisa Verġni Marija minn fost in-nisa ma twieldet qatt oħra bħalek. Int il-bint u l-qaddejja tas-Sultan il-Kbir l-aktar għoli u tal-Missier tas-sema, Int l-omm tal-Mulej Qaddis tagħna Ġesù Kristu, Int l-għarusa ta’ l-Ispirtu s-Santu. |
|
![]() |