L-Immakulata Kunċizzjoni - Poeżija

 

 <<|werrej|>>


Il-Pellegrinagg ta’ l-1944


minn Dun Joe Zammit


 

Gurnata sajfija f’Novembru dahkan,

migbur sfiq fil-misrah minn kmieni ferhan

il-poplu ta’ Bormla biex jaghti l-gieh

lil dik li fid-deffa zammitu tant shih.

 

Imzejna bil-kutri, b’harir wisq sabih

xbiehetek imdawra minn ward u qatigh,

hekk kienu jintlemhu galleriji n-nies,

u kliem mal-bibien ta’ fohrija bla qies.

 

Mat-tokki tas-siegha jintlemah fil-bieb

biex jiftah il-mixja mal-kant minghajr ktieb,

il-ghelm tan-nisrani li fassal mixjiet

li bihom il-bniedem jistghan fis-smewwiet.

 

Il-qniepen ferrieha u l-baned fil-gzuz

isellmu d-dehra ta’ wiccek grazzjuz,

hekk kif tlellex, tiddi, dahkana tfaccajt,

bid-dmugh fuq haddejna gelbien indunajt.

 

Instemghet ma’ Malta l-ghajta tal-qlub

lil dik li s-sema wisq bieghed mid-dnub,

ghax “Viva Marija l-Immakulata” xandruk

dawk niesna li taghhom mexxejja hatruk.


Din il-poezija taghmel parti mill-panigierku li l-awtur innifsu niseg lill-Immakulata f’jum it-8 ta’ Dicembru 2003, festa taghha, fil-parrocca ddedikata lilha f’Bormla.  F’dawn il-versi l-awtur ifakkar il-grajja celebri tad-19 Novembru 1944, meta l-kwadru u l-istatwa tal-Kuncizzjoni ta’ Bormla ttiehdu lura f’pellegrinagg lejn il-kolleggjata ta’ Bormla lura mill-matrici ta’ Birkirkara, fejn stkennu fi zmien il-gwerra.  Il-Poezija dehret fir-Rivista: Tota Pulchra, Ktejjeb-Tifkira tal-Festa ta' l-Immakulata Kuncizzjoni 2003, Nru 22, Frangiskani Konventwali - Victoria Ghawdex, p.123.

Valletta: 23.3.2004


 

Talba ta'

San Franġisk

lil Marija

 

Qaddisa Verġni Marija

minn fost

in-nisa ma twieldet qatt oħra bħalek.

Int il-bint

u l-qaddejja

tas-Sultan

il-Kbir

l-aktar għoli

u tal-Missier

tas-sema,

Int l-omm

 tal-Mulej Qaddis tagħna

Ġesù Kristu,

Int

l-għarusa

ta’

l-Ispirtu

s-Santu.