LL-Immakulata Kunċizzjoni - Poeżija

 

 <<|werrej|>> 


Sliem Ghalik


minn Dun Joe Zammit


 

Issellimlek id-dinja migbura

taht il-harsa ta’ ibnek minfud,

issellimlek fir-rebha ta’ mhabba

li ghaliha gie msallab, midrub.

 

Issellimlek mal-qtajja ta’ l-angli

li bik f’nofshom f’kuruna nilmhuk;

issellimlek mal-kori tal-vergni,

waqt li qima f’kull sura jaghtuk.

 

Issellimlek fil-hajja qaddisa

ta’ l-insara bla ghajb tal-Hazin;

issellimlek fil-martri rebbieha

li fik sabu t-tama f’kull hin.

 

Issellimlek l-istorja tal-Knisja

li minghajrek tkun nieqsa qatigh;

issellimlek l-istorja ta’ l-arti

li bik tkabbret fis-sengha, fil-gieh.

 

Issellimlek di’l-gzira Maltija

li fik gharfet il-ghozza ta’ omm;

issellimlek il-gemgha Bormliza

li trid mieghek tithaddan u zzomm.

 


Din il-poezija taghmel parti mill-panigierku li l-awtur innifsu niseg lill-Immakulata f’jum it-8 ta’ Dicembru 2003, festa taghha, fil-parrocca ddedikata lilha f’Bormla. Il-Poezija dehret fir-Rivista: Tota Pulchra, Ktejjeb-Tifkira tal-Festa ta' l-Immakulata Kuncizzjoni 2003, Nru 22, Frangiskani Konventwali - Victoria Ghawdex, p.122.

Valletta: 22.3.2004


 

Talba ta'

San Franġisk

lil Marija

 

Qaddisa Verġni Marija

minn fost

in-nisa ma twieldet qatt oħra bħalek.

Int il-bint

u l-qaddejja

tas-Sultan

il-Kbir

l-aktar għoli

u tal-Missier

tas-sema,

Int l-omm

 tal-Mulej Qaddis tagħna

Ġesù Kristu,

Int

l-għarusa

ta’

l-Ispirtu

s-Santu.