L-Immakulata Kunċizzjoni - Poeżija

 

 <<|werrej|>> 


Ghall-Jum Solenni ta' Marija Immakulata


minn Dun A Copperstone


 

Sliem, tal-Bahar Kewkba

T'Alla Omm hanina

Ghomrok l-isjef Xbejba,

Bieb tal-Genna ghalina

 

B'isem Eva mdawwar,

Ma' l-Arkanglu xtghaqna

Ave inthennulek;

F'hena kbir seddaqna.

 

B'talbek barka ghaqlalna;

Holl irbit il-hati;

Minn hemmna fis ehlisna;

Dawl lill-ghami aghti.

 

Uri li int Omm taghna

Kif f'idejna iridek

Li hanin jismaghna

F'talb li jghaddi minn idejk.

 

Vergni li ma bhalek,

Tal-gwejdin Sultana,

Gwejda ghamilna u safja,

Bla htijiet arana.

 

Jiemna fl-art Int qaddes

Ruhna ghalbiex tithenna

Fejn m'ghandniex ghedewwa,

Ma' Gesù fil-Genna.

 

Tliet Persuni Qaddisa

Nemmnu Alla wiehed:

L-eqdes qima minnu

Dejjem tmur tittiehed.

                       Hekk Ikun.


Din il-poezija dehret fir-Rivista: Il-Habbâr ta' Sant'Antnin, Sena XXVIII/12 Dicembru 1938, p.280.

Valletta: 19.1.2004


 

Talba ta'

San Franġisk

lil Marija

 

Qaddisa Verġni Marija

minn fost

in-nisa ma twieldet qatt oħra bħalek.

Int il-bint

u l-qaddejja

tas-Sultan

il-Kbir

l-aktar għoli

u tal-Missier

tas-sema,

Int l-omm

 tal-Mulej Qaddis tagħna

Ġesù Kristu,

Int

l-għarusa

ta’

l-Ispirtu

s-Santu.