![]() |
L-Immakulata Kunċizzjoni - Poeżija |
|
F'Jum l-Immakulata Kuncizzjoni Patruna ta' L-Ordni Frangiskan minn Dr George Zarb M.D.
Is-Sliem ghalik! Xbejba Helwa Marija. Fost tas-sema l-hlejjaq l-iktar sabiha. l-akbar festa tisthoqq, l-akbar turija Ta' gieh u glorja, u ta' qima shiha.
Fuq in-nisa minnu Int mghollija Lilek is-setgha tak tad-dnub rebbieha, Inti biss ghax bl-oghla safa moghnija Qarribt iz-zmien hajjietna tigbor giehha.
Tul iz-zmien kollu bqajt dejjem Omm taghna. X'imhabba kbira li biha mid-dnewwa Thares lil uliedek b'qawwa setghana!
Ulied Frangisku dana jafuh sewwa: Lilek isejhu Omm Immakulata Harishom bhal dejjem biex jeghlbu kull ghedewwa!
Din il-poezija dehret fir-Rivista: Dawl Frangiskan, Dicembru 1997, p.25 Valletta: 19.1.2004 |
![]() Qaddisa Vergni Marija minn fost in-nisa ma twieldet qatt ohra bhalek. Int il-bint u l-qaddejja tas-Sultan il-Kbir l-aktar gholi u tal-Missier tas-sema, Int l-omm tal-Mulej Qaddis taghna Gesù Kristu, Int l-gharusa ta’ l-Ispirtu s-Santu.
Talba ta' San Frangisk |
|
![]() |