L-Immakulata Kunċizzjoni - Poeżija

 

<<|werrej|>> 


Immakulata


minn Dun Guzepp Grech Cremona


 

"Bla tebgha tkun", qal il-Missier ta' dejjem

"Binti mahbuba fuq il-hlejjaq kollha,

Kont ghad ma hlaqtx l-Angli, l-Bnedmin u l-bhejjem,

U Lilha kont ghazilt minn qalb il-folla."

 

"Ommi mahbuba tkun Immakulata"

Qal ukoll l-Iben tal-Missier Etern,

"Qawwa tkun iktar minn kull armata,

U tirbah zgur fuq l-ghadu ta' l-Infern."

 

U Ruh il-Qodos xorta bhalhom tkellem:

"L-Gharusa tieghi, tax-Xitan ma tkun

Ilsiera qatt, ghax lilha l-Angli ssellem,

Mara rebbieha fuq il-kbir dragun."

 

U l-Knisja Mqaddsa u l-Ghaqda Frangiskana,

Illum qed tifhar mas-Sultana taghna.

 

28.10.1956

 

 


Din il-poezija dehret fir-Rivista: Il-Habbâr ta' Sant'Antnin, Sena XLV/12 Dicembru 1956, p.179.

Valletta: 19.1.2004


 

Talba ta'

San Franġisk

lil Marija

 

Qaddisa Verġni Marija

minn fost

in-nisa ma twieldet qatt oħra bħalek.

Int il-bint

u l-qaddejja

tas-Sultan

il-Kbir

l-aktar għoli

u tal-Missier

tas-sema,

Int l-omm

 tal-Mulej Qaddis tagħna

Ġesů Kristu,

Int

l-għarusa

ta’

l-Ispirtu

s-Santu.