![]() |
L-Immakulata Kunċizzjoni - Poeżija |
|
Tota Pulchra es, Maria minn Mons. Ġużeppi Farrugia
Tant hu sabih il-gmiel li bih mar zejnek Alla l-imbierek, ghajn ta' kull qdusija, Li m'hawnx ma min inxebbhek, o Marija, Ma nsibx imkien min jista' joqghod fejnek.
Kull hlejqa hi kemm hi bil-gmiel moghnija, Bhal-lejl min-nhar iddub u tghib imnejnek, Ghax gmielek hu gmiel ta' bejn Alla u bejnek Biss u ta' l-ebda hliq li d-dinja fiha.
Ghalhekk kulhadd fis-sema u fl-art imsahhar Wara dan gmielek, 'l Alla jmur ifahhar, Li ghamel mieghek hwejjeg kbar, tal-ghageb,
Li bihom kulmin sama, bihom stghageb, U mar ighid li gmielek sabbah genna, Li ghaxxaq 'l Alla u bih kull ruh tithenna.
Din il-poezija dehret fir-Rivista: Il-Habbâr ta' Sant'Antnin, Sena XL/12 Dicembru 1951, p.186 Valletta: 19.1.2004 |
![]()
Talba ta' San Franġisk lil Marija
Qaddisa Verġni Marija minn fost in-nisa ma twieldet qatt oħra bħalek. Int il-bint u l-qaddejja tas-Sultan il-Kbir l-aktar għoli u tal-Missier tas-sema, Int l-omm tal-Mulej Qaddis tagħna Ġesů Kristu, Int l-għarusa ta’ l-Ispirtu s-Santu. |
|
![]() |