![]() |
L-Immakulata Kunċizzjoni - Poeżija |
|
Bieb tas-Sema mill-Liturgija tas-Sighat
Bieb tas-sema, li go qalbek tiftah kenn ghall-vergni kollha, int, Omm Alla w dejjem Vergni, tama taghna w ferh tal-genna.
O hamiema bajda w safja, gilju qalb l-ghollieq tal-hajja, bik mill-gherq ir-rimja harget ghall-fejqan tal-gerha taghna.
Regga' lura, torri qawwi, hbit il-ghadu u bieghdu minna: bid-dawl tieghek, kewkba tiddi, gewwa l-port mixtieq wassalna.
Minn kull dell ta' qerq ohrogna, zommna mbieghda minn kull sikka fost il-mewg qalil, w ifthilna triq is-sliem qabel nintilfu.
Lejk induru, int li b'riglek ras is-serp ghaffigt, ghax wahdek tnissilt sajfa u kont mehulsa minn kull tebgha w nifs ta' htija.
Aghmel int li nsebbhu f'kollox lill-Missier, lil Kristu Ibnek, u 'l-Ispirtu, li bil-grazzja hekk imlewk li hadd m'hu bhalek. Amen.
Innu ta' l-Ewwel Ghasar Solennità tat-Tnissil Bla Tebgha tal-Vergni Mqaddsa Marija 8 ta' Dicembru Dan huwa innu mehud mill-Liturgija tas-Sighat tas-Solennità tat-Tnissil Bla Tebgha tal-Vergni Mqaddsa Marija. Valletta: 29.3.2004 |
![]() Talba ta' San Franġisk lil Marija
Qaddisa Verġni Marija minn fost in-nisa ma twieldet qatt oħra bħalek. Int il-bint u l-qaddejja tas-Sultan il-Kbir l-aktar għoli u tal-Missier tas-sema, Int l-omm tal-Mulej Qaddis tagħna Ġesù Kristu, Int l-għarusa ta’ l-Ispirtu s-Santu. |
|
![]() |