![]() |
San Franġisk, il-Franġiskani u l-Immakulata Kunċizzjoni |
|
Patri Alessandru Bonnici OFMConv.
Il-kelma tal-Knisja L-Immakulata ta' din is-sena 2004 hi ghaziza ghal aktar minn raguni wahda. Hi ghaziza ghaliex il-Beatu Papa Piju IX, 150 sena ilu, iddikjara li t-taghlim li l-Vergni Marija tnisslet minghajr it-tebgha tad-dnub tan-nisel hu domma tal-fidi: jigifieri patrimonju tat-twemmin kattoliku. L-Iben Etern ta' Alla sar l-Iben ta' Marija fiz-zmien. Imma dak Binha li sar bhalna f'kollox fin-natura umana tieghu, waqt li zamm in-natura divina ma satax ikun bhalna fejn tidhol il-htija. Dak li lilna jsaffina minn kull htija ma satax jitnissel minn mara li, f'xi mument ta' hajjitha, kienet imcappsa bil-htija.
Harisha biex ma ticcappasx Marija wkoll giet mifdija minn Kristu. Imma b'mod differenti minna lkoll. Ahna nfdejna minn Kristu billi saffiena wara li waqajna. Marija nfdiet minn Kristu billi harisha biex ma taqax. Il-merti ta' Kristu gew applikati ghal ommu qabel iz-zmien. Ahna bhal dak il-bniedem li jaqa' fit-tajn tal-htija u Alla jerfghu u jnaddfu mit-tajn li hu jkun iccappas bih. Marija giet mifdija billi ma hallihiex ticcappas.
Fid-Dawl ta' Gwanni Duns Skotu Id-definizzjoni tal-Beatu Papa Piju IX ikkonfermat taghlim li, minn zmien ghai iehor, b'imhabba u gherf, twassal mill-Ordni Frangiskan li ddawwal b'mod specjali mid-Duttur Sottili: il-Beatu Gwanni Duns Skotu. Hu fetah it-triq li kollha twassal ghad-domma ta' l-Immakulata.
Ahna l-Frangiskani qeghidna l-kwadru ta' l-Immakulata fuq il-lemin ta' l-altar maggur fil-knejjes kollha taghna kif naraw fi gziritna wkoll halli dak li ahna nemmnu fih jinzel fil-qalb, mhux biss taghna, imma wkoll ta' dawk kollha li jistennew minghandna li ahna nghinuhom halli ndawlulhom triqithom biex b'imhabba lil Marija jharsu lejha bhala l-Immakulata. Ahna nfusna nerfghu harsirna lejha u, flimkien mal-Knisja, nghidulha: "O Marija, li dhalt fid-dinja mlnghajr tebgha, aqlaghlna l- grazzja li nohorgu mlnnha minghajr htija".
L-Ghazla ta' l-Immakulata Kull Ordni Religjuz hares lejn Marija taht xi titlu partikulari. Twaqqfu fratellanzi tal-Madonna tar-Ruzarju mid-Dumnikani, tal-Madonna tal-Konsolazzjoni mill-Agostinjani, tal-Madonna tal-Karmelu mill-Karmelitani. Ahna ghazilna l-Immakulata. Il-fratellanzi li l-Ordni taghna wagqaf f'gieh Marija huma ghal Omm Alla li ahna nharsu lejha bhala l-Imnissla minghajr htija.
Il-fratellanza tghaqqad flimkien il-Frangiskani u l-Fratelli. Ghalkemm ghandna tliet Ordnijiet ewlenin ta' Frangiskani, huma l-Konventwali li jqimuha l-izjed taht dan it-titlu. Il-grajjiet jehduna l-boghod fiz-zmien. Hawn il-Belt, qatt ma gara li l-patrijiet inqatghu ghal rashom fic-celebrazzjoni ta' l-Immakulata. Min-naha l-ohra, qatt ma gara li l-fratellanza warbet lill-Frangiskani fil-qima lejn l-Immakulata.
San Frangisk u l-Madonna San Frangisk missierna kien jitlobha lil Marija biex izzomm il-harsa taghha fuqna. F'talba herqana, kien jghidilha: "O Avukata tal-fqajrln, tieqaf qatt milli tharisna sakemm jasal ghalina z-zmien meta l-Missler isejhilna ghal ghandu"
Hi kollha frangiskana, fid-dawl ta' Skotu, it-talba tal-quddiesa li tressqilna quddiemna l-Knisja ghal nhar il-festa ta' l-Immakulata: "O Alla, bit-tnissil bla tebgha tal-Vergni Marija, Int hejjejt ghamara xierqa ghal Ibnek. Kif Int gist mien Babel il-merti ta' l-istess Ibnek biex harist lil ommu minn kull tebgha ta' dnub, aghmel li ahna, bit-talb taghha, naslu safja ghandek".
Cagliola u l-Fratellanza Dak li waqqaf il-fratellanza ta' l-Immakulata Kuncizzjoni tal-Belt ma kienx frangiskan-konventwal komuni. Kien patri Filippu Cagliola li hu nnifsu kiteb: "Fil-21 ta' Gunju, 1637, jiena waqqaft Kongregazzjonl u Fratellanza f'gieh it-tnissil bla tebgha tal-Vergnl Marija... Il-fratelli fil-gurnata tal-festa jorganlzzaw purclssjoni generali li fiha johorgu l-Istatwa tal-Madonna li ddur mat-toroq tal-Belt. Jiehdu sehem Kavallierl ta' l-Ordnl Gerosolimitan... Dawn jlkkumpanjaw b'torci mixghula f'idejhom u f'bixra ta' tjubija generuza".
Cagliola nnifsu, l-akbar storiku tal-provincja frangiskana ta' Sqallija, Konsultur ta' l-Inkwizizzjoni ta' Malta, Kummissarju Generali ghat-tliet kunventi ta' Malta, kiteb ghall-fratellanza l-istatuti. Fihom fost l-ohrajn insibu: "Il-konfratija tkun ta' drapp abjad irqiq imberfel minn kullimkien. ikollhom kapocc li jghatti r-ras, u muzzetta celesti ta' l-istess drapp bix-xbieha ta' l-Immakulata".
Bis-sahha ta' hekk, kompliet il-qima li l-Ordni Frangiskan kien tant jghozzha. Kien zmien, meta kien hawn l-ewwel tliet kunventi: ir-Rabat, ir-Rabat ta' Ghawdex, u l-Belt. Fir-Rabat ta' Malta wkoll ixxennqu ghal fratellanza ta' l-Immakulata. Ma twaqqitx ghax digà kien hemm wahda fil-parrocca ta' San Pawl. Imma statwa regalata mill-patrijiet tal-Bazilika Frangiskana ta' Palermu, lill-Madonna ma turihiex hlief bhala l-Immakulata; li hi meqjuma l-izjed bhala dik li taghtina s-sahha tal-gisem u tar-ruh.
Sqallija Rabta li bdiet tinhall Kien zmien ta' rabta ma' Sqallija. Imma l-Frangiskani xtaqu jinhallu minn dik ir-rabta. Fil-bidu tal-Kolonjalizmu Ingliz, l-Inglizi ghamlu minn kollox biex jhollulna dik ir-rabta. Twaqqfet fl-1858 il-Kustodja ta' Malta. Imma z-zmenijiet kienu ghadhom difficli sakemm ma kellniex l-ghajnuna generuza tal-Markiza Anna Bugeja li bniet knisja f'San Pawl il-Bahar u rregalatha lill-Ordni taghna. Hi hallitilna darha stess biex nghixu fiha. Il-pittur Cali, bhalma kellu jaghmel fil-Belt, zejjen il-knisja taghna li malajr saret parrocca, li, fl-2005, ticcelebra hi wkoll l-ewwel centinarju taghha. Kienet l-ewwel parrocca moghtija fill-patrijiet fil-kampanja Maltija. Imma twittiet ukoll it-triq biex il-Frangiskani Konventwali setghu jsiru provincja awtonoma.
Il-Provincja Kif naghtu gieh lil Cagliola fit-twaqqif tal-Fratellanza ta' l-Immakulata tal-Belt, ahna nbaxxu rasna quddiem p. Bonaventura Zahra. Bit-tahbit tieghu, il-Ministru General p. Domenico Reuter, fit-12 ta' Frar, 1905 iddikjara li jkun hawn il-provincja ta' Malta, li tqieghdet taht il-harsien ta' San Pawl Appostlu. Lil Zahra, ahna nharsu lejh bhala l-Missier tal-Provincja.
Din il-provincja qieghda taghlaq mitt sena. Dak li sar mitt sena ilu, illum qed niccelebrawh flimkien mat-150 sena mid-domma ta' l-Immakulata. Il-provincja tal-Frangiskani Konventwali ma waqfitx ma' l-erezzjoni. Wara San Pawl il-Bahar, l-Ordni wera kemm ma hux kontemplattiv biss fir-rabta ma' Kristu li Marija Immakulata turihielna. Marija tghinna u tmexxina f'hidma qalb il-poplu. Fi grajjietna, ahna nharsu lejn Kristu li missierna San Frangisk kien ix-xbieha hajja tieghu. Kien bhal Kristu iehor: sahansitra bil-pjagi tieghu f'gismu. Huma pjagi stampati f'hajjitna stess. Jidhru fit-tbatija u fl-impenn tal-hajja kkonsagrata u appostolika.
L-istess zmien ikrah tal-gwerra ressaqna izjed lejn l-ohrajn. Il-bombi li nizlu fuq il-kunvent u l-knisja tal-Belt fethulna t-triq biex dhalna f'Birkirkara fl-1940, bil-generozità ta' l-Avukat Guzè Pace, li laqaghna f'daru u n-nies riduna nibqghu maghom. Huna l-kbir, Sant'Antnin, sar il-ferh taghna u nittamaw li jkun fl-mudell ta' dawk kollha li jghixu qrib taghna. Il-Bambin ta' fuq idejh joffrih lil kull min ifittxu u jsir garanzija ta' eternità li ahna nnewlu jdejna halli ndahhlu fiha lil kulhadd. Drawwa sabiha hi li lill-Bambin ta' Sant'Antnin naghtuh f'idejn il-morda jew inqeghduh qrib is-sodda taghhom: bhalma jsir fil-knisja taghna ta' Ghawdex.
Dil-provincja li qed taghlaq mitt sena kompliet tifrex il-hidma appostolika taghna ghaliex mill-ewwel parrocca; li hi ta' San Pawl il-Bahar hargu zewg parrocci frangiskani ohrajn: dik ta' Burmarrad fl-1971 u l-ohra tal-Qawra, li proprju fit-8 ta' Dicembru festa ta' l-Immakulata. Kif inhu xieraq il-Madonna u San Frangisk kienu l-garanzija ta' ghajnuna ghal gejjieni li jnissel fiha tama. Ghalhekk, il-Qalb ta' Marija u missierna San Frangisk saru l-patruni taz-zewg parrocci.
L-Immakulata fil-Belt Harsa ohra lejn l-Immakulata f'din il-knisja tal-Belt turina wkoll ir-rabta kbira li l-frangiskani u l-fratellanza, flimkien mal-poplu kellhom lejn l-Immakulata minn zmien ghal iehor. Inkunu morna 'l boghod hafna meta ngibu quddiem ghajnejna drawwa li forsi ftit semghu biha. Din tehodna lejn l-ewwel snin tal-fratellanza ta' l-Immakulata. Kienu jistampaw Bullettini, li, fuqhom kellhom il-kelmiet: "It-tnissil bla tebgha tal-Vergni Marija jkun dejjem ghalina ta' sahha u harsien" Dawn kienu jitqieghdu f'ostja jew ghagina li tissajjar u jitqassmu lill-poplu: bhalma sal-lum ghadna nqassmu l-hobz ta' Sant'Antnin. Imma, lill-Inkwizitur ta' Malta Angelo Ranuzzi dik id-devozzjoni ma ghogbitux. Ghalhekk, hu ordna lill-patrijiet biex jissospendu dik id-devozzjoni. Kien zmien meta, fost il-konsulturi tieghu, hu kellu lil p. Karlu Zerafa, li minhabba l-merti kbar tieghu l-Isqof ta' Malta ghazlu bhala ezaminatur tal-kleru u fl-Ordni, waqt Kapitlu Provincjali, gie sahansitra maghzul bhala Ministru Provincjal ta' Sqallija, li l-kunventi ta' Malta kienu jaghmlu parti minnha.
Zminijiet difficli Ma naqsux li jigu zminijiet difficli anki fil-qima lejn l-Immakulata, li ghaliha fil-Belt dahlet dejjem il-fratellanza. Meta, fi zmien il-Francizi, il-knisja u l-kunvent sahansitra inghalqu, il-fratellanza saret qisha inezistenti. Inqatghet il-purcissjoni u kien hawn biza' kbir. Imma, malli Malta helset mill-Francizi, il-fratelli ta' l-Immakulata ghamlu supplika lill-Isqof Labini biex il-purcissjoni terga' tibda tohrog. Fl-1800, saret purcissjoni nazzjonali bl-istatwa ta' l-Immakulata. Il-purcissjoni baqghet tohrog ghal hafna zmien.
Definizzjoni u Paramenti Celesti Illum, qed infakkni l-150 sena mid-Dogma. Kien ta' ferh ghall-Ordni Frangiskan u ghall-fratellanza wkoll meta, bil-hidma ta' p. Gann-Aston Bonelli, konfessur tal-Beatu Papa Piju IX innifsu, fl-1854, giet rikonoxxuta l- hidma ta' l-Ordni Frangiskan ghall-Immakulata, fid-dawl tat-Beatu Gwanni Duns Skotu. Ghalhekk, il-Papa ta lill-Ordni l-privilegg tat-paramenti liturgici ta' lewn celesti. Dawn il-paramenti gew moghtijin lil patri Bonelli, bhala prokuratur generali ta' l-Ordni, li kien Malti. Hu offra dawn il-paramenti lill-knisja tal-Belt. Bdew jintuzaw b'koncessjoni specjali fis-seba' festi principali tal-Madonna u, fuq kollox nhar l-Immakulata. Kien hawn min fid-djocesi ried izommilhom dan il-privilegg. Kien hawn min haseb li l-paramenti ma setghux jiggeddu. Imma ahna l-Frangiskani Konventwali gejna moghtijin il-permess, mhux biss li ngeddu l-pjaneti, imma wkoll li nzidu tunicelli u kapep parigg taghhom.
Skotu u Kolbe Dan ma hux hlief hjiel ta' storja dwar l-imhabba li ahna l-Frangiskani Konventwali u, bhalna l-fratellanza ta' l-Immakulata, ghandna lejn din il-patruna taghna.
Frangiskan gabar fi tliet kelmiet kulma ghallem Skotu: Potuit: Alla sata', Decuit: kien jixraq, u Fecit: ghalhekk halaqha Immakulata.
Il-150 sena mid-definizzjoni ta' l-Immakulata u l-100 sena mill-erezzjoni tal-provincja tal-Frangiskani Konventwali flimkien ma' fratellanza hajja li tqim lill-Immakulata iqanqluna biex lill-Immakulata nhobbuha izjed ghax hi l-garanzija tas-salvazzjoni taghna.
Jalla ahna lkoll nimitaw il-passi ta' San Massimiljan Kolbe: Frangiskan Konventwal kbir ta' zmienna. F'kamp ta' koncentrament, waqt il-qilla tal-mibeghda tat-tieni gwerra dinjija, hu offra hajtu flok missier ta' familja. Bhalma nixtiquha tkun ghalina lkoll, ghal San Massimiljan, Marija Immakulata kienet saret il-poezija ta' hajtu, id-dawl tal-genju ta' mohhu, it-tahbit ta' qalbu, il-fjamma taqbad tal-hegga tieghu, l-estasi tat-talb tieghu, u l-istess tbissima tieghu. F'kelma wahda, Marija Immakulata kienet saret ghalih il-hajja ta' hajtu.
Jalla ahna lkoll, kemm jekk Frangiskani kif ukoll jekk membri tal-fratellanza, kemm jekk religjuzi ikkonsagrati kif ukoll jekk lajci, nghixu l-Immakulata u fiha nsibu lil Kristu. Dan huwa id-Diskors li Patri Bonnici ghamel waqt Akkademja Muziko-Letterarja li saret bhala parti mill-Festi ta' Immakulata Kuncizzjoni fil-Knisja San Frangisk - Valletta fid-9 ta' Dicembru 2004. Valletta: 11.12.2004 |
![]()
Talba ta' San Franġisk lil Marija
Qaddisa Verġni Marija minn fost in-nisa ma twieldet qatt oħra bħalek. Int il-bint u l-qaddejja tas-Sultan il-Kbir l-aktar għoli u tal-Missier tas-sema, Int l-omm tal-Mulej Qaddis tagħna Ġesù Kristu, Int l-għarusa ta’ l-Ispirtu s-Santu. |
|
![]() |