San Franġisk, il-Franġiskani u l-Immakulata Kunċizzjoni

 

  <<|werrej|>> 


Marija: l-Imnissla minghajr ebda Htija


migbura minn Geoffrey Attard


"Hieni l-guf li giebek u s-sider li rdajt!" Hekk insellimlek O Helwa Marija f'dan il-jum ghaziz tas-Solennità tat-Tnissil tieghek bla htija. X'hemm isbah mill-kelmiet ta' din il-mara Lhudija li hi marret tistqarr quddiem l-Iben tieghek Gesù sabiex bih infahhruk f'din il-festa hekk kbira u ghaziza - "Hieni l-guf li giebek u s-sider li rdajt" - Tassew Inti Kbira O Marija u tassew qaddis il-guf tieghek, l-ewwel tabernaklu mqaddes ta' l-Ewkaristija, l-Ewwel Sakrarju tal-Gisem safi u qaddis tal-Feddej u Alla taghna. U nkomplu bil-kelmiet li stqarr l-Iben tieghek Gesù meta lil din il-mara Lhudija wegibha u qalilha; Imma tassew nghidlek, aktar hienja dawk li jisimghu l-kelma t'Alla u jharsuha (Lq 11: 28). U fost dawk li semghu din il-Kelma u harsuha kien hemm b'ewlenija l-Vergni ta' Nazareth li bl-Iva taghha kienet l-ewwel wahda li semghet din il-Kelma u harsitha u b'hekk saret l-ewwel dixxiplu ta' Kristu Binha.

 

Ta' kull sena hekk kif Novembru jaghti dahru lill-ahhar wiehed fost ix-xhur tas-sena, qalbna titqanqal bil-ferh bil-hsieb tal-migja tal-festa solenni ta' l-Immakulata. Din il-festa nkunu ilna nistennewha sa minn diversi xhur qabel, u hekk kif jiftah ix-xahar ta' Dicembru, mill-ewwel mohhna imur fuq id-dehra smewwija tal-Vergni mbierka Marija, l-Omm helwa taghna u l-Omm ta' Gesù li f'qalbna jkollna nghidu li ghandna post specjali ghaliha. Min fostna ma jhobbhiex lill-Vergni Marija? Min fostna ma ghandux imqar xrara ckejkna ta' mhabba u devozzjoni lejn din l-Omm tal-Hallieq taghna? Marija zgur li ghandha post specjali fil-qlub taghna u lilha ahna nsellmu ta' kull darba li ningabru flimkien biex bhala familja wahda ntennulha t-talba evangelika tar-Ruzarju li Hi tant tistenna bil-herga u li sew f'Lourdes kif ukoll f'Fatima tant uriet ix-xewga taghha li jibqa' jinghad ta' kuljum minna l-Insara. Permezz tar-Ruzarju Mqaddes ahna mhux biss nigbdu fuqna l-Barka smewwija imma wkoll ninsgu kuruna ta' tifhir fuq ir-ras ta' din is-Sultana tal-Qlub taghna l-Immakulata. Ghalhekk ma jistax jonqos li ma' l-ewwel jiem xitwija ta' Dicembru diga mqanqlin mix-xewqa li ma ndumux ma niccelebraw is-solennita', tat-tifkira tat-twelid tal-Imghallem taghna Gesù, nithejjew kif inhu xieraq ghal din il-kbira solennita' bilk qabel xejn nidhlu biex niccelebraw bl-aktar mod solenni t-tnissil bla htija tal-Vergni Mbierka Marija, meqjuma minna lkoll bhala l-Kuncizzjoni Immakulata.

 

Imheggin minn din l-imhabba kbira lejn l-Immakulata kbira lejn l-Omm ta' Kristu l-Feddej taghna u c-centru tal-vera hajja taghna, ma nistghux ma nidhlux f'riflessjoni profonda fuq l-Immakulat Koncepiment ta' din il-Kewkba ta' filghodu, billi mmorru fuq it-test ta' San Gwann Damaxxenu, wiehed mid-dutturi l-kbar tal Knisja devoti ta' Marija li fix-xoghol teologiku tieghu Adversus Nestorium, hu li jiddefendi t-twemmin tal-Knisja fil-maternità divina tal-Madonna, jmur jghidilna: "L-Arkanglu ma qalx li l-ewwel ghandha sehh il-koncezzjoni tal-Vergni mbaghad jidhol jghammar fiha l-Mulej Alla imma bil-koncepiment ghandu jsehh permezz tal-migja tal-hidma ta' l-Ispirtu s-Santu u permezz tat-taghmir tal-Kelma t'Alla. biex b'hekk id-dell tal-Qawwa tal-Gholi ssehh l-ewwel, mela l-koncepiment tal-Verb u mbaghad l-ezistenza tal-laham li hemm fil-verb'³ It-tnissil minghajr htija tal-Vergni Mbierka Omm Alla ma nistghu qatt nifirduh mill-maternità divina taghha ghax ghall-glorja tat-Trinità qaddisa u ghall-unur u l-gieh tal-Vergni Omm ta' Alla, l-ezaltazzjoni tal-fidi Kattolika u t-tkattir tar-religjon Kristjana, bl-awtorita tal-Mulej Gesù Kristu, tal-appostli Pietru u Pawlu u bl-awtorita' taghna, ahna niddikjaraw, nippronuncjaw u niddefenixxu, id-duttrina li tghid il-Vergni Mbierka Marija kienet, sa mill-ewwel mument tal-koncezzjoni taghha, bi privilegg singulari u bi grazzja tal-Mulej Alla omnipotneti u fid-dawl tal-merti ta' Kristu Gesù s-Salvatur tar-razza umana, preservata minn kull htija tad-dnub originali u don irrivelat minn Alla u ghalhekk fermament u kostantament ghandu jitwemmen mill-fidili kollha".

 

Hekk tipproklama b'mod dommatika u l-aktar car id-domma tal-Immakulat Koncepiment tal-Vergni Mbierka Marija, definita wara tant studju u wara tart sekli li kienet diga tradizzjonalment u devotament mizmuma, mill-Papa Piju IX bid-domma li ggib l-isem `Ineffabilis Deus' tat-8 ta' Dicembru l854 fil-Bazilika Vatikana. Din id-data memorabbli fl-istorja tad-devozzjoni Marjana u tal-Marjologija kollha tal-Vergni Marija biex ma nghidx il-Knisja kollha Kattolika, il-vera Knisja ta' Kristu, ferhet f'dan il jum hekk solenni meta t-twemmin fit-tnissil bla htija tal-Madonna gie definit bhala domma fil-Knisja ta' San Pietru minn fejn hija mregija d-dghajsa ta' Pietru.

 

Kemm huwa helu u sabih il-kliem tad-Doctor Mellifluus, id-Duttur helu bhall-ghasel u devot illustrissimu tal-Vergni Marija, San Bernard ta' Clairvaux, meta jtenni; M'hemm hadd fl-infern li xi darba kien devot ta' Marija; ma hemm hadd fil-Genna li fuq l-art ma kienx devot veru taghha". Kliem sabih u li jqanqalna biex nghixu ta' kuljum l-Evangelju sabiex bih naghtu sens lil hajjitna waqt li nitheggu fl-imhabba taghna lejn Kristu li fit-tiswir taghha hija wkoll imhabba sinciera lejn l-Omm qaddisa tieghu. Ghax min ihobb verament lil Kristu ma jistax ma jhobbx daqshekk iehor u b'qalbu kollha lill-Vergni Mbierka Marija l-Omm tieghu. U mal-kliem ta' San Bernard, ma nistax ma nzidx il-kliem ta' missier iehor kbir tal-Knisja, San Glormu maghruf sewwa ghat-traduzzjonijiet tieghu tal-Bibbja mill-ilsna originali ghall-Latin, li fil-fawra ta' mhabba kbira li kellu lejn Marija mar itenni li "l-ghaqda tad-dizubbidjenza ta' Eva nhallet bl-ubbidjenza ta' Marija hekk li dak li Eva kienet rabtet bin-nuqqas ta' twemmin, il-Vergni Marija hallietu bil-fidi. "Ejja, O l-isbah fost ulied in-nisa u aghtina l-hajja; hija l-Id ta' Alla li taghmlek dak li Int u li ssejjahlek ghall-hajja, hija l-id ta' Alla li tikkoncepik Immakulata sabiex iggib il-hajja lid-dinja".

 

F'din il-festa hekk ghaziza tat-Tnissil minghajr htija tal-Omm taghna, ahna mhux biss nitheggu biex nikbru fil-qdusija ahna u nimitaw il-virtujiet qaddisa ta' Marija, imma wkoll nitqanqlu biex ninsgulha innu ta' tifhir. Hekk huwa sewwa u hekk huwa xieraq li jsir ghax il-qaddisin jisthoqqilhom it-tifllir taghna u aktar hekk jixirqilha s-Sultan celesti taghhom, l-Immakulata Marija, waqt li tintaghzel minn Alla sabiex tkun Ommu Ibnu, hija minnu wkoll imsejha sabiex tkun hielsa mill-htija. Alla fl-omnipotenza kbira tieghu ghazel li minflok ma jerfaghha mill-waqa' jipperseveraha sa minn qabel u r-ruh purissima u qaddisa taghha tifrah mal-profeta Izaija"" li jghidilna: " Infakkar it-tjieba tal-Mulej, u tifhir il-Mulej, skond kulma ghamel maghna l-Mulej u l-gid kbir ma' dar Izrael' (Iz 63;7)

 

Hallina O Vergni Marija naghmlu taghna l-kelmiet tieghek li int ukoll ghamilt tieghek minn fomm Anna, omm Samweli, meta f'dar qaribek mort ittenni: Magnificat anima mea Dominum et exultavit spiritus meus in Deo salutari meo (Lq l:46-47) "Ruhi tfahhar il-kobor tal-Mulej u l-ispirtu tieghi jifrah f'Alla s-Salvatur tieghi" Kif tista' ruhna ma tifrahx f'dan il jum hekk solenni u l-ispirtu taghna ma jfahharx il-kobor tal-Mulej meta niftakru li tidhol ghalina quddiem Alla hemm dik il-Kewkba ta' fil-ghodu li minnha nghatalna l-Haruf Divin. Ejjew f'din il-festa hekk ghaziza tal-Madonna nersqu lejha nirrikkmandawlha lil pajjizna, lill-familji taghna, lill-anzjani, lir-romol u lill-emarginati, lill-mizzewgin taghna, liz-zghazagh taghna, lit-tfal taghna, lill-morda u lill-batuti, lil dawk lil jinsabu ghaddejjin minn xi mard, sew jekk inhu tal-gisem u sew jekk inhu tar-ruh u lil dawk kollha li bhal issa ghaddejjin minn xi mument ta' tbatija fizika jew morali, inkella li ghaddejjin minn xi mument ta' dippressjoni jew indecizjoni. Lil dawn kollha O Marija nirrikkkmandawlek u lilna l-bnedmin li ninsabu mxerrdin mad-dinja kollha u li tant nehtiegu t-talb u l-indhil tieghek quddiem it-Tron tal-grazzja. Harisna O Marija, issa u fis-siegha tal-mewt, aghtina li nikbru fl-imhabba lejn Ibnek u lejn l-Evangelju tieghu u li nimitaw lilek fil-virtujiet b'mod specjali f'dawk tal-umiltà u tal-ubbidjenza. Aghtina li nqimu l-Knisja mwaqqfa minnu u nimitaw il-qaddisin tieghu.

 

Ieqaf maghna Immakulata Marija, harisna fil-waqgha kun maghna, ghajnuna tal-poplu l-mahtur, Omm tal-hniena hajja hlewwa, tama taghna, dawwar Int dawk ghajnejk tal-hniena urina warq dan it-trufnament lil Gesù frott imbierek tal-guf tieghek, O Hanina, O Pija, O Helwa Vergni Marija!

 


Din l-artiklu deher fil-Ktejjeb: Immakulata Kuncizzjoni: Festa 1999, Knisja San Frangisk - Victoria -Ghawdex, p.39.

Valletta: 4.10.2004


 

Talba ta'

San Franġisk

lil Marija

 

Qaddisa Verġni Marija

minn fost

in-nisa ma twieldet qatt oħra bħalek.

Int il-bint

u l-qaddejja

tas-Sultan

il-Kbir

l-aktar għoli

u tal-Missier

tas-sema,

Int l-omm

 tal-Mulej Qaddis tagħna

Ġesù Kristu,

Int

l-għarusa

ta’

l-Ispirtu

s-Santu.