![]() |
L-Immakulata Kunċizzjoni - Devozzjoni |
|
Kurunella ta' l-Immakulata Kuncizzjoni
Lejna hares o hanina, Hawn quddiemek mixhutin, Bhala wliedek ifrah bina, Ghalkemm ahna midinbin. Sliema, Glorja.
Kemm sabiha ghamlek Alla Sa mill-bidu l'inti nhlaqt, Harsek fis u xejn ma halla Li tittabba' f'dak il-waqt. Sliema, Glorja.
Malli nsiru d-dnub jahtafna, Dana lilek ma garax, Dak il-ghadu li garrafna, Lilek jirbah ma setax. Sliema, Glorja.
Xejn ma kellha x'taqsam mieghek Dik it-tebgha ta' kulhadd; Kollu safi l-bidu tieghek, Id-dnub fik ma deher qatt. Sliema, Glorja.
Ghalkemm kien Adam missierek Lilek kmieni Alla bierek, U mal-hazen ma thallatx. Sliema, Glorja.
Wera Alla wisq kburija Meta ghamlek fost in-nies; Minn qatt jista', o Marija, Talli tak isib il-qjies? Sliema, Glorja.
Fuq il-gholja tal-qdusija, U hadd bhalek, int inbdejt, Hekda ghamlek il-Messija Meta ghaliha inti nbnejt. Sliema, Glorja.
Id-dawl t'Alla bikri rajtu, Lilu dlonk inti habbejt, Kif bdejt hajtek qalbek tajtu, Kif fid-dinja inti gejt. Sliema, Glorja.
Meta ghamlek zejnek b'gidu L-Iben tieghek il-hanin, Lilek wahdek zammek b'idu, Ma telqekx mal-midinbin. Sliema, Glorja.
O xi gmiel u kemm sabiha Inti gejt fuq dina l-art, Bhala gilju kollok fwieha, Kemm nadifa int issawwart. Sliema, Glorja.
Hudha wahdek dil-fohrija Ghaliex wahdek inti dhirt B'din it-tjieba hekk bikrija Bemm xerqitlek meta sirt. Sliema, Glorja.
Int ismaghna, Omm il-hniena Ulied Eva midinbin, Hi hassritna u sirna hniena, Inti qeghedna mat-tajbin. Sliema, Glorja.
NITOLBU O Marija, Imnissla minghajr dnub, Sultana u Avukata taghna. Int, li sa mill-ewwel mument tal-koncepiment tieghek kont imharsa u mehlusa minn kull tebgha ta' dnub, ibqa' harisna, aghtina l-protezzjoni tieghek halli qatt ma nkunu mirbuha mis-setghat ta' l-infern, biex bhala wlied Alla nahdmu f'ismek ghar-rebha tal-verità, tal-paci u tal-gustizzja fid-dinja tallum ghall-glorja dejjiema ta' Alla. Amen.
Valletta: 25.2.2004 |
![]()
Talba ta' San Franġisk lil Marija
Qaddisa Verġni Marija minn fost in-nisa ma twieldet qatt oħra bħalek. Int il-bint u l-qaddejja tas-Sultan il-Kbir l-aktar għoli u tal-Missier tas-sema, Int l-omm tal-Mulej Qaddis tagħna Ġesù Kristu, Int l-għarusa ta’ l-Ispirtu s-Santu. |
|
![]() |