L-Immakulata Kunċizzjoni - Devozzjoni

 

<<|werrej|>> 


Supplika lill-Vergni Marija Immakulata


O Marija Immakulata Kuncizzjoni, qed noqorbu lejn il-festi ta' l-anniversarju tal-mija u hamsin sena minn meta gie ddikjarat domma tal-fidi l-immakulat koncepiment tieghek. Imberkin dawk il-Frangiskani li ddefendewk. Marija Immakulata. Kien fl-1854 li l-beatu Papa Piju IX hareg din id-domma tal-fidi. Alla jista' kollox, u ghalhekk riedek minghajr id-dnub tan-nisel.

 

Qed nitolbuk, o Marija, biex tbierek din il-hidma u l-hegga taghna ghat-thejjija ta' dawn il-festi li tant jixirqulek. Aghmel li jilhqu l-ghan taghhom li jaghtuna qawma spiritwali min-nghas taghna.

 

Ahna msejknin qaddejja tieghek u midinbin ta' qalb iebsa, imma fl-istess hin uliedek, o Marija Immakulata. bi grazzja ta' ibnek noqorbu lejk, insellmulek, inqimuk. u nberkuk. Insellmulek u nsejhulek, tron immakulat ta' Alla taghna, tezor tat-tezori tas-sema. O tjieba bla tmiem! O mhabba bla tarf ta' Alla taghna! O kobor ta' Alla! Int genna gdida ta' l-art, Inti d-dar tal-Mulej li nizel mis-sema. Minnek, Immakulata, il-Mulej ried jiehu l-gisem. Ahna nadurawh fik fil-misteru ta' l-Inkarnazzjoni.

 

Filwagt li nifirhu b'dan il-gmiel;o Immakulata, nitilqu ruhna u gisimna f'idejk sabiex tiehu hsiebna fil-hajja u fil-mewt. Kun int, o Marija, it-tama taghna.

 

Int, o Marija Immakulata; ma tista' qatt ma tismax it-talb taghna. Ix-xewqa ta' ibnek hi li kulhadd isalva, u ghalhekk din hija wkoll xewqtek: int li int il-qaddejja tal-Mulej. Ftakar li bis-sehem tieghek regghet giet fostna l-Hajja. Ftakar li int is-sellum li bih Alla ghogbu jinzel fostna sabiex ahna nkunu nistghu nitilghu ghandu. Grazzi; Marija, Immakulata Kuncizzjoni, ta' dak kollu li bi mhabba ghamilt ghalina.

 

Qed nisimghek, o Marija, tghidilna: "Int li tinsab imdejjaq, thallix it-tempesti tal-hajja jghaffguk; dawwar ghajnejk lejja: jien il-kewkba ta` filghodu. Int li thossok imtaqqal bis-suppervja; bl-ambizzjoni tal-hajja, ftakar fl-umiltà tieghi: jien ommok Marija. Jekk il-hazcn ta' hajtek qieghed jifnik, ahseb fija, ommok Marija. Jiena lesta biex nisma' talbek, lesta biex nghinek!".

 

Marija, Immakulata Kuncizzjoni, fittex ejja ghall-ghall-ghajnuna meta nkunu mdawrin bil-biza' tal-hajja. lnt li qatt ma fittixt li tghix ghalik innifsek, imma dejjem baxxejt rasek ghall-kelma tal-Mulej, aghmel li nipproponu li nbaxxu rasna ahna wkoll ghall-kelma tieghu. Int li kont tghozz il-kelma tieghu f'qalbek u tixtarrha, aghmel li nimitawk. Int li mort "tigri lejn l-gholjiet" biex tghin lil Santa Elizabetta, biex taqdiha, u sserviha b'imhabba; aghmel li nibdew nimitawk b'hidmietna ma' kulmin ikun fil-bzonn. Int li gharaft il-kobor ta`Alla u accttajt li tkun parti mill-pjan tas-salvazzjoni tal-bniedem, itlob ghalina biex nimitawk.

 

Immakulata Kuncizzjoni, ghinna nhaddmu l-umiltà, is-sabar, il-hegga biex insiru qaddisin. Inti li inti l-personifikazzjoni tal-hniena ta' Alla, u min iqum kontrik igerrex minnu din il-hniena, ghinna nzommu fis-sod fi hdanek, li ma mmorrux naqghu.

 

Marija Immakulata, ahna nhallu t-tmexxija ta' dawn il-festi specjali u taghna nfusna f'idejk. Int il-medjatrici tal-grazzji. Bi kliem San Massimiljanu M. Kolbe nghidulek: "Jalla t-8 ta' Dicembru jkun jum li fih nerghu nitwieldu mill-gdid u nitheggu bl-imhabba ghat-tixrid tas-saltna smewwija u dinjija tas-sultana mahbuba".

 

Zommma, Marija Immakulata. f'kuntatt haj mieghek: biex dawn il-festi jhallu frott katran fil-hajja spiritwali taghna. Aghmel li nghixu fil-paci taht il-mant tal-protezzjoni tieghek.

 

Immakulata Kuncizzjomi, bierek dawn il-festi taghna li sejrin naghmlulek, u itlob lil ibnek Gesù biex jixhet l-lspirtu Qaddis tieghu fuq dawk kollha li qed ihejju ghal dawn il-festi, biex il-gid spiritwali jkun kotran.

 

Marija Immakulata, itlob ghalina.

 

Bis-sensja tal-Knisja


Din is-supplika kiienet tinghad kull 8 tax-xahar fil-knisja tal-Frangiskani Konventwali tal-Belt Victoria, Ghawdex bi htejjija ghall-festi ta' l-anniversarju tad-Dommu ta' I-Immakulata Kuncizzjoni (1854-2004).

Valletta: 5.2.2004


 

Talba ta'

San Franġisk

lil Marija

 

Qaddisa Verġni Marija

minn fost

in-nisa ma twieldet qatt oħra bħalek.

Int il-bint

u l-qaddejja

tas-Sultan

il-Kbir

l-aktar għoli

u tal-Missier

tas-sema,

Int l-omm

 tal-Mulej Qaddis tagħna

Ġesù Kristu,

Int

l-għarusa

ta’

l-Ispirtu

s-Santu.