L-Immakulata Kunċizzjoni - Devozzjoni

 

 <<|werrej|>> 


Kurunella ta' l-Immakulata Kuncizzjoni

ta' Lourdes


Sliem ghalik, o Vergni Mqaddsa,           

L'Inti dhert lil Bernardina

Gewwa l-grotta minn ta' Lourdes,

Biex imhabbtek int turina.    Sliema.

 

Lilha dhert tmintax-il darba

Bhala xemx tiddi bid-dija,

B'libsa bajda u faxxa kahla

Kollok hlewwa u sbuhija.    Sliema.

 

Fuq ix-xitla minn tal-ward,

Int serraht riglejk hafjin

U f'kull rigel kellek warda.

Minn ta' deheb l-izjed fin.   Sliema.

 

U f'idejk kellek kuruna

B'zibeg abjad bhall-halib

Biex turina l'inti dejjem

Fir-Ruzarju l-ghaxaa ssib.   Sliema.

 

Inti tlabt lil Bernardina

Bi kliem helu kollu hrara

Sabiex tigi f'dik il-grotta

Lilek trodd hmistax-il zjara.    Sliema.

 

Lilha ghedt ghal daz-zjarat

Minni l-hlas ghandek tistenna

Mhux il-gid ta' dina l-art

Izda l-glorja minn tal-genna.    Sliema.

 

Bid-dmugh niezel minn ghajnejk

Ghall-htijiet minn tal-bnedmin

Int tennejt lil Bernardina

Titlob wisq ghall-midinbin.    Sliema.

 

Penitenza, Penitenza,

Penitenza tliet darbiet

Ergajt ghedt, sabiex il-mahfra

Ahna jkollna mis-smewwiet.    Sliema.

 

Bghattha tghid lill-qassisin

Jibnu Knisja f'dak l-irdum,

Fejn il-qima ta' l-Insara

Jista' jkollok ta' kull jum.    Sliema.

 

Ridt ukoll barra mill-Knisja

Illi ssirlek purcissjoni

Ghal gol-grotta li qaddist,

B'din il-kbira apparizzjoni.    Sliema.

 

Biex bic-car l-ghamara tieghek

Hemm turina l'inti htart

Ghajn ta' l-ilma l-izjed safi

Nissilt b'ghageb minn go l-art.   Sliema.

 

Inti ghedt lil Bernardina

Li tinhasel f dik il-ghajn,

Tixrob minnha, l-haxix tiekol

Li kien trabba qalb it-tajn.   Sliema.

 

U b'dak l-ilma minn tas-sahha

L-ehzen nies saru tajbin,

Qalghu l-qawwa l-morda kollha,

Sabu l-farag l-imnikktin.    Sliema.

 

Meta b'dawn il-grazzji kollha

Rajt id-dinja ikkonslata,

Jiena jien il-Kuncizzjoni

Mort ghedtilha, Immakulata.    Sliema.

 

Tkun imbierka mela dejjem,

O Koncetta minghajr htija,

Taht t-titlu minn ta' Lourdes

Lilek naghtu kull fohrija.    Sliema.

 

NITOLBU

O Alla hanin, ieqaf magna, bnedmin dghajfa, Biex ahna u naghmlu t-tifkira tal-Vergni bla tebgha Omm Alla, Marija, bil-ghajnuna tat-talb taghha nintreghu minn hzunitna u nghixu hajja qaddisa. Bi Kristu Sidna.  Amen.

 


Jiem tad-Dehriet:


Frar:    11, 14, 18, 19, 20, 21, 23, 25, 26, 27, 28.

Marzu: 1, 2, 4, 25.

April:   7.

Lulju:   16.


Din it-talba tinghad  jew titkanta fil-jiem tad-dehriet:

Valletta: 25.2.2004


 

Talba ta'

San Franġisk

lil Marija

 

Qaddisa Verġni Marija

minn fost

in-nisa ma twieldet qatt oħra bħalek.

Int il-bint

u l-qaddejja

tas-Sultan

il-Kbir

l-aktar għoli

u tal-Missier

tas-sema,

Int l-omm

 tal-Mulej Qaddis tagħna

Ġesù Kristu,

Int

l-għarusa

ta’

l-Ispirtu

s-Santu.