![]() |
San Franġisk, il-Franġiskani u l-Immakulata Kunċizzjoni |
|
Akkademja Muziko-Letterarja fil-Knisja ta' San Frangisk il-Belt Valletta Fr Thomas Calleja OFMConv.
Lejla Muziko-Letterarja
Nhar il-Hamis, 9 ta' Dicembru 2004, sewwa sew l-ghada tal-Festa ta' Kuncizzjoni saret Lejla Muziko-Lettararja. Din saret biex tfakkar fl-okkazjoni doppja: dik ta' l-gheluq il-150 sena mill-proklamazzjoni tad-Domma ta' l-Immakulata Kuncizzjoni u dik tal-bidu ta' tifkiritet f'gheluq il-100 sena mit-twaqqif tal-Provincja Frangiskana tal-Patrijiet Minuri Konventwali.
Din l-Akkademja li saret fil-Knisja ta' San Frangisk il-Belt Valletta kienet organizzata mill-Arcikonfraternità tal-Kuncizzjoni, eretta fl-istess Knisja fl-1637, u mill Ministru Provincjal Patri Alfred Calleja OFMConv.
Matul il-lejla preseduta mill-E.T Nunzju Appostoliku ha sehem il-Kor Sine Macula ta' Hal Safi taht id-direzzjoni ta' Mro Anthony Pace b'repertorju li kien jinkludi muzika religjuza u sagra moghni b'tifhir lill-Vergni Marija.
Patri Alessandru Bonnici OFM Conv. ghamel id-diskors ta' ghall-okkazjoni fejn ta hjiel storiku dwar ir-rabta tal-Patrijiet Frangiskani mad-definizzjoni tad-Domma ta' l-Immakulata. Fil-kelmtejn tieghu patri Bonnici tkellem ukoll dwar l-erezzjoni tal-Provincja Maltija tal-patrijiet Minuri Konventwali li sa mitt sena ilu kienu ghadha marbuta ma' dik ta' Sqallija.
Is-Sur Charles Abela Mizzi qara poezija bl-isem "Lil Sidtna Marija Kewkba tal-Bahar" tal-Professur Oliver Friggieri.
Il-Provincjal Patri Alfred Calleja imbaghad ghamel kelmtejn ta' l-gheluq u ta' ringrazzjament lil dawk kollha li taw is-sehem taghhom biex il-Lejla setghet isir b'tant success. Is-serata intemmet b'kelmtejn qasra minn Nunzju u bil-Kant ta' l-Innu Malti.
Ghall-okkazjoni tqassam Programm stampat bhala tifkira. Tqassmu wkoll kopji ta' l-ahhar numru tar-rivista il-Habbâr ta' Sant'Antnin b'artikli specjali dwar Marija Immakulata.
Dan it-taghrif deher bhala ittra lill-Editur fil-Mument tal-Hadd, 18 ta' April 2004, 24. Valletta: 24.4.2004 |
![]()
Talba ta' San Franġisk lil Marija
Qaddisa Verġni Marija minn fost in-nisa ma twieldet qatt oħra bħalek. Int il-bint u l-qaddejja tas-Sultan il-Kbir l-aktar għoli u tal-Missier tas-sema, Int l-omm tal-Mulej Qaddis tagħna Ġesù Kristu, Int l-għarusa ta’ l-Ispirtu s-Santu.
.
|
|
![]() |