Santwarji Frangiskani

 

 

◄◄|werrej|►►

Santa Maria Maddalena

 

Ftit l-isfel mill-hitan tal-Belt ta’ Assisi fit-triq bejn Rivotorto u Santa Maria degli Angeli, fuq il-lemin tat-triq hemm kappella ckejkna.  Hija naghrufa bhala la Cappella di Santa Maria Maddalena.  Din il-kappella tinsab fuq il-post fejn fi zmien Frangisku kien hemm sptar ghal dawk morda mill-gdiem imsejjah San Lazzaro dell’Arce.

 

Hu mifhum li qrib dan il-post li fl-1205 sehhet il-grajja meta z-zghazugh Frangisku iltaqa’ ma’ l-imgiddem u ghanqu mieghu.  Fit-Testment tieghu Frangisku jirrakkonta l-esperjenza tieghu ma’ l-imgiddmin: “Id-dehra ta’ l-imgiddmin kienet ghalija wisq ta’ minn jistmerrha, izda l-Mulej innifsu mexxieni f’nofshom, u jien wrejt maghhom hniena.  U wara li qdejt dmiri lejhom, dak li qabel deherli li hu morr, inbidel ghalija f’hlewwa ghar-ruh u ghall-gisem…” (Testment 1-3).

 

 

 

Hu mifhum li qrib dan il-post li

fl-1205 sehhet

il-grajja meta

z-zghazugh Frangisku iltaqa’

ma’ l-imgiddem

u ghanqu mieghu.