Santwarji Frangiskani

 

 

◄◄|werrej|►►


San Benedetto del Monte Subasio


 

Aktar ‘l fuq mill-Eremo delle Carceri hemm l-ahhar bini fuq il-Monte Subasio, li mill-boghod jidher qiesu tikka zghira bajda qalb il-hdura tal-bosk. Dan il-bini huwa l-Abbazia di San Benedetto del Monte Subasio.  L-ewwel irhieb gew jghammru f’dan il-post lejn tieni nofs ta’ 900 u baqghu hemm sas-sena 1403.

 

Kienu dawn il-monaci ta’ din l-abbazija li taw il-Cappella della Porziuncola lil San Frangisk. L-istorja tghid li billi San Frangisk ma ridtx li jkollu bini tieghu ftiehem mal-monaci li jaghtihom bhala kera basket bil-hut kull sena. L-abbati b’rikonoxxenza offra lil Frangisku biqja biz-zejt. Dan il-bdil ta’ l-offerti ghadu jsir b’mod simboliku sa llum bejn il-monaci ta’ San Pietro u il-Patrijiet Minuri tal-Porziuncola.

 

F’din l-abbazija hemm kripta bi stil romaniku forma ta’ salib bi tmien kolonni.  Fiha hemm ukoll kripta ohra msejha ‘triastila’ minhabba li ghandha tlett kolonni.

 

Fil-prezent hemm jghixu f’dan il-post is-sorijiet tal-Komunità Monastika ta’ Bosè.

 

Abbazia di San Benedetto del Monte Subasio

 

L-ewwel irhieb gew jghammru f’dan

il-post lejn

tieni nofs ta’ 900

u baqghu hemm sas-sena 1403.

 di San Benedetto del Monte Subasio.  L-ewwel irhieb gew jghammru f’dan il-post lejn tieni nofs ta’ 900 u baqghu hemm sas-sena 1403.