Nitolbu ma' San Franġisk

 

◄◄|werrej|►►


Novena bi tħejjija

għall-Festa ta’ San Franġisk

Id-Disa' Jum

3 ta' Ottubru


 

Kull Ordni Reliġjuż għandu kariżma partikulari li tingħażel minn dawk ta’ ordnijiet oħra.  Għalhemm sa ċertu punt kollha jaqsmu l-istess valuri tal-Vanġelu kollha għandhom xi aspett li jispikka minn oħrajn.  Għalkemm ħafna jorbtu l-ispirtu ta’ Faqar u Ferħ mal-Franġiskani, wieħed ma jrid jinsa’ jew iwarrab l-ispirtu ta’ “Fraternità”. Huwa dan l-ispirtu ta' fraternità,  li jagħti t-timbru lil tant aħwa irġiel u nisa li ħaddnu l-Ordni ta’ Franġisku.

 

“Ara kemm jinħabbu bejniethom!”, trid tkun il-marka tax-xhieda ta’ kull Nisrani.  Il-mod kif ninġiebu bejnietna, il-mod kif ngħixu minkejja d-differenzi ta’ bejnietna b’rispett u bi ftehim, huwa l-bażi ta’ kull ħajja u mixja ta’ fidi.  Mhux tant kemm nafu, kemm inbagħtu jew kemm ħallejna affarijiet warajjna, iżda dejjem u għal dejjem – kemm tassew inħobbu ‘l xulxin.

 

Talba

 

Għażiż San Franġisk

Naf li mhux ħaġa akbar

Mill-imħabba biex tiġbed

Il-qlub tal-bnedmin lejn Alla.

Għinni biex ninħall minni nnifsi

Biex ngħannaq lil ħuti kollha

Irġiel u nisa b’imħabba kbira

U b’qalb miftuħa kif irid minni Alla.

Ammen.

◄◄|werrej|►►


Testi meħudin u maqlubin għall-Malti minn e-mail li waslet bl-isem "Novena in Honour of St Francis of Assisi" li wasal lil dan is-site mill-Indja.

Valletta - 4.10.2004


Novena

Id-Disa'

Jum

 

Il-Festa

ta'

San Franġisk

ta' Assisi tiġi ċċelebrata

kull sena

fl-4 ta' Ottubru.