![]() |
Nitolbu ma' San Franġisk |
|
Novena bi tħejjija għall-Festa ta’ San Franġisk It-Tmien Jum 2 ta' Ottubru
Franġisku għex ħajja ħielsa u sempliċi, madanakollu ma kienetx ħajja mingħajr regoli jew kejl. Dan il-kejl kien il-kliem u l-ħajja stess ta’ Ġesù. Il-ħajja ta’ Franġisku kienet imfassla fuq il-Vanġelu ta’ Ġesù Kristu. Franġisku ma kienx xi bniedem ta’ skola kbira, madanakollu, kien għaref biżżejjed biex jaċċetta l-kliem tal-Vanġelu u għazel li fassal ħajtu fuqhom u jgħixhom bis-sħiħ kelma b’kelma.
Dan kien is-sigriet li għamel minn Franġisku wieħed mill-akbar qaddisin ta’ kull żmien!
Talba Għażiż San Franġisk, int ħabbejt tassew lil Alla u ħtaftu fil-kelma u wettaqt f’ħajtek il-Kelma tiegħu. Għinni biex jiena ukoll
nagħmel l-istess.
Testi meħudin u maqlubin għall-Malti minn e-mail li waslet bl-isem "Novena in Honour of St Francis of Assisi" li wasal lil dan is-site mill-Indja. Valletta - 4.10.2004 |
![]() Novena lt-Tmien Jum
Il-Festa ta' San Franġisk ta' Assisi tiġi ċċelebrata kull sena fl-4 ta' Ottubru.
|
|
![]() |