Nitolbu ma' San Franġisk

 

◄◄|werrej|►►


Novena bi tħejjija

għall-Festa ta’ San Franġisk

Is-Seba' Jum

1 ta' Ottubru


 

Illum il-ġurnata, San Franġisk huwa wieħed mill-qaddisin l-aktar magħrufa.  Imma fiż-żmienu ma kienx daqshekk popolari, għallinqas  fil-bidu!  In-nies kienet taħsbu miġnun li tilef moħħu.  Għalihom kien ġenn li jarmi  u jinża’ kollox biex jinsatar bl-ilbies imraqqa, jiekol l-ikel li kienu jwarrbu għall-klieb, u jorqod f'għerejjex li lanqas kellhom ilqugħ tajjeb għax-xita.

 

Sa ċertu punt aħna ukoll jeħtiegġ li ngħixu ħajja “ta' boloħ” jekk irridu tassew inkun dixxipli veru ta’ Kristu.  Mhux bilfors ngħixu ħajja hekk radikali bħal dik ta’ Fraġisku, madanakollu, aħna kuljum aħna msejħa biex nagħmlu għażliet li wara jridu juru  min tassew aħna mixjin.  L-ilbies li nilbsu, l-ikel li nieklu, ix-xogħol li nagħmlu, in-nies li nagħmluha magħhom... dawn kollha huma xhieda siekta ta’ kemm aħna tassew qed ngħixu il-ħajja Nisranija b’impenn.

 

Talba

 

Għażiż San Franġisk

għinni biex ningħata aktar

bis-sħiħ ħalli ngħix il-ħajja tiegħi

bħala dixxiplu ta’ Kristu

b’aktar impenn.

Tini l-kuraġġ u l-forza

li ngħixu kull ġurnata

kollha kemm hi

għal Alla u ma’ Alla.

Għinni nagħraf dak kollu

li jehtieġ imbiddel fil-hajja tiegħi

ħalli dan isir tassew possibbli.

Ammen.

 

◄◄|werrej|►►


Testi meħudin u maqlubin għall-Malti minn e-mail li waslet bl-isem "Novena in Honour of St Francis of Assisi" li wasal lil dan is-site mill-Indja.

Valletta - 4.10.2004


Novena

ls-Saba'

Jum

 

Il-Festa

ta'

San Franġisk

ta' Assisi tiġi ċċelebrata

kull sena

fl-4 ta' Ottubru.