![]() |
Nitolbu ma' San Franġisk |
|
Novena bi tħejjija għall-Festa ta’ San Franġisk Is-Sitt Jum 30 ta' Settembru
Hemm xi aspetti fil-ħajja tiegħi li ma jaqblux ma dik ta’ Franġisku. Ma nistax nifhem għalfejn kellu jneħħi u jinża ħwejjġu kollha. Tidher ħaġa tassew tal-ġenn! Ma nimmaġina qatt lil Ġesù jagħmel ħaġa bħal din. Forsi kienet xi ħaġa tal-Medju Evu li ma nistax nifhem.
Imma l-ħsieb wara dan kien li Franġisku kien deċiż li jingħata kollu kemm hu lil Alla. Kif Alla ried jingħata kollu kemm hu lil bniedem. Meta missieru quddiem l-isqof tal-belt gerger li saħansitra l-ilbies li kellu fuqu ibnu kienu tiegħu, Franġisku bla ma qagħad jaħsibha darbtejn neża’ u radd dak il-ħin stess ħwejjġu lil missieru.
Għalhemm hija iebsa biex nammettiha, jien wkoll jeħtieġ li nkun pront u lest li nħalli kollox warajja biex nimxi wara Ġesù.
Is-suppervja, hija forsi l-aktar ħaġa iebsa biex inħallu warajjna fil-mixja tagħna bħala Nsara... Jista’ jkun li kien tassew din is-suppervja li Franġisku xtaq u ried jinża’ minn fuqu.
Talba
Għażiż san Franġisk għinni biex inħall minn dawk l-affarijiet kollha li għadhom iżommuni marbut u ma jħallunix ngħix ħajja tassew ħielsa u bla xkiel. Mhux tant ir-responsabbiltajiet li l-istat tal-ħajja jitlob minni x-xogħol, il-familja, l-impenn u affarijiet bħal dawn, imma huma l-affarijiet interjuri li jżommuni imxekkel, bħal l-immaġini minfuħa li għandi tiegħi nnifsi u li hemm bżonn ninża’ u neħles minnha. Għinni Mulej, biex bħal San Franġisk insir aktar iblaħ hawn fid-dinja u jkolli qalbi aktar ħafifa, ħielsa u mimlija bil-ferħ. Għinni ninża’ minn kollox u nilbes biss lilek. Ammen,
Testi meħudin u maqlubin għall-Malti minn e-mail li waslet bl-isem "Novena in Honour of St Francis of Assisi" li wasal lil dan is-site mill-Indja. Valletta - 4.10.2004 |
![]() Novena Is-Sitt Jum
Il-Festa ta' San Franġisk ta' Assisi tiġi ċċelebrata kull sena fl-4 ta' Ottubru.
|
|
![]() |