Nitolbu ma' San Franġisk

 

◄◄|werrej|►►


Novena bi tħejjija

għall-Festa ta’ San Franġisk

Il-Ħames Jum

29 ta' Settembru


 

Kif rajna l-bieraħ, Franġisku sema’ lil Ġesù jkellmu mill-kurċifiss. Bla telf ta’ żmien Franġisku beda jara min fejn u kif ser jibda. Beda mill-knisja ta’ San Damian, li kienet knisja ċkejkna għoddha qed taqa’ u li kellha bżonn tiswija waħda sew.  Beda bi ftit ġebel u ftit tajn.  Nistgħu nifhmu li Franġisku bin is-sinjuri ma kienx tal-qata’ għal dak ix-xogħol, madanakollu Franġisku ma qatgħax qalbu. 

 

Issa kien jittallab ftit ġebel u issa ftit tajn u hekk ġebla wara l-oħra l-knisja rnexxilu jsewwiha.  Wara ftit taż-żmien ġew xi żgħażagħ jagħtuh daqqa t’id u hekk beda bil-ftit il-ftit jinbena l-Ordni Franġiskan. 

 

L-Ordni ta’ San Franġisk beda bi ftit żgħażagħ li semgħu l-kelma u l-istedina ta’ Kristu fil-Vanġelu u meddew għonqhom għax-xogħol, li fil-bidu kien dak tal-bini fil-ġebel.   Tal-għaġeb hux tassew!?

 

Ġesù għadu jkellem b’mod sempliċi u ċar lilna wkoll. Irridu nimitaw lil Franġisku.  Jista’ jagħti l-kaz li nifhmux mill-ewwel x’ikun qiegħed igħidilna, u għall-bidu saħansitra nistgħu nagħmlu xi passi foloz.  Imma jekk nisimgħu sewwa u nippruvaw nagħmlu dak li naħsbu li qed jitlob minna, ħaġa ta’ l-għaġeb, naraw l-affarijiet iseħħu tassew.  Alla jissokta jiċċara dak li jrid minna hekk kif minn naħa tagħna nkomplu.  Jeħtieġ li nibdew u Alla jieħu ħsieb il-bqija.  Tassew ta’ l-għaġeb!

 

Talba

 

Għażiż San Franġisk

għinni biex jisma’

għinni biex nibda miexi

fid-direzzjoni li Alla qed jurini.

Għinni biex nibqa miexi!

Alla mhux qed isejjaħli

biex nwettaq ħwejjeġ kbar

iżda biex niġbor ftit ġebliet,

iva, ftit ġebel żgħir

biex jien ukoll insewwi

l-knisja tal-Mulej hawnhekk

fejn ninsab illum.

Ammen.

 

◄◄|werrej|►►


Testi meħudin u maqlubin għall-Malti minn e-mail li waslet bl-isem "Novena in Honour of St Francis of Assisi" li wasal lil dan is-site mill-Indja.

Valletta - 4.10.2004


Novena

Il-Hames

Jum

 

Il-Festa

ta'

San Franġisk

ta' Assisi tiġi ċċelebrata

kull sena

fl-4 ta' Ottubru.