![]() |
Nitolbu ma' San Franġisk |
|
Novena bi tħejjija għall-Festa ta’ San Franġisk Ir-Raba' Jum 28 ta' Settembru
Alla kellem lil Franġisku u qallu: “Mur, Franġisku, u sewwi il-Knisja tiegħi.” Dan il-kliem li Franġisku sema’ ħiereġ minn fomm il-kurċifiss jrid jgħid xi ħaġa lilna ukoll.
Franġisku kien fil-knisja u kien qiegħed jitlob. Jekk irridu li Alla ikellem lilna ukoll jeħtieġ li aħna wkoll ngħaddu l-ħin fit-talb.
Kelma oħra għat-talb hija “relazzjoni" jew "djalogu m’Alla”. Aħna nitkellmu m’Alla u Alla jitkellem magħna.
Kif nixtiequ li Alla jkun pront li jismagħna hekk jeħtieġ li nkunu pronti li aħna nisimgħu lil Alla. Jekk irridu li Alla jwieġeb it-talb tagħna irridu nkunu lesti, bħal San Franġisk, li nwieġbu lil Alla bl-istess mod.
Talba
Għażiż San Franġisk, jien ħafna drabi ma jkollix ir-rieda u l-fehma tal-qalb li nitlob kif għandi nitlob. Itlob mingħand Alla l-grazzja għalija biex jagħtini qalb li taf titlob u li taf tisma’ Ammen.
Testi meħudin u maqlubin għall-Malti minn e-mail li waslet bl-isem "Novena in Honour of St Francis of Assisi" li wasal lil dan is-site mill-Indja. Valletta - 4.10.2004 |
![]() Novena ir-Raba' Jum
Il-Festa ta' San Franġisk ta' Assisi tiġi ċċelebrata kull sena fl-4 ta' Ottubru.
|
|
![]() |