Nitolbu ma' San Franġisk

 

◄◄|werrej|►►


Novena bi tħejjija

għall-Festa ta’ San Franġisk

It-Tielet Jum

27 ta' Settembru


 

Ħafna drabi meta naħsbu dwar il-qaddisin, naħsbu dwar il-qdusija tagħhom bħalikieku xi ħaġa li kienu twieled biha.  Imma dan mhux minnu.  Ħadd mill-qaddisin ma twieled b’xi raġġier fuq rasu. Ċert li kollha kemm huma riedu jwieġbu u jikbru bħalna fis-sejħa għal qdusija. Riedu jirbħu t-tiġrib kollu li jiġbu magħhom is-slaleb u l-provi tal-ħajja.

 

Franġisku ma kien xi eċċezzjoni. Kellu biża’ kbira u fl-istess waqt tgħaqtigħa kbira ma’ l-imġiedmin ta’ żmienu, tant li kien jagħmel minn kollox li ma jħallix lanqas id-dell ta’ wieħed minnhom jaqa’ fuqu jew jersaq lejh.  Imma x’ġara?

 

Darba minnhom waqt li kien għaddej riekeb ferħan fuq iż-żiemel li kellu isib imġiddem quddiemu. Franġisku kien pront dawwar iż-żiemel biex ilebbet jitlaq minn hemm. Imma ħass ir-rimors ta’ qabel: Il-Mulej kien jagħmel hekk? - beda jaħseb bejnu u bejn ruħu – Ġesù kien iġib ruħu hekk ma bniedem fqajjar li jqanqal ħniena bħal dan?  Le, da’ żgur li le! Għalhekk waqqaf iż-żiemel u dar lejn l-imġiddem, niżel għanqu miegħu u biesu.

 

Hawn nidħlu aħna.  Jeħtieġ nistaqsu lilna nnfusna: min  huma l-imġiddmin fil-ħajja tagħna? Jekk jirnexxilna nbiddlu l-imġieba tagħna magħhom kif għamel Franġisku, żgur jiġrilna kif ġara lilu: l-imġiddem jgħejb u jibqa’ quddiemna biss Kristu.

 

Talba

 

Għażiż San Franġisk,

il-qdusija tinbet minn kif

inġibu ruħna ma’ l-oħrajn.

Iftaħli qalbi u moħħi

ħalli nagħraf dak li hemm bżonn

inbiddel fil-ħajja tiegħi.

Itlob għalija ħalli bħalek

inkun nista’ mwieġeb

bl-imħabba u b’qalb miftuħa

għall-grazzji li jingħatawli.

Ammen.

 

◄◄|werrej|►►


Testi meħudin u maqlubin għall-Malti minn e-mail li waslet bl-isem "Novena in Honour of St Francis of Assisi" li wasal lil dan is-site mill-Indja.

Valletta -4.10.2004


Novena

It-Tielet

Jum

 

Il-Festa

ta'

San Franġisk

ta' Assisi tiġi ċċelebrata

kull sena

fl-4 ta' Ottubru.