![]() |
Nitolbu ma' San Franġisk |
|
Novena bi tħejjija għall-Festa ta’ San Franġisk It-Tieni Jum 26 ta' Settembru
Kif rajna l-bieraħ fil-ħajja taż-żagħżugħ Franġisku beda l-proċess ta’ konverżjoni. Imma kien għad fadal x’imxi. Kien żagħżugħ għani, fuq tiegħu, jħobb jilbes u jixxala. Bil-flus li kellu kien sikwit jagħmel ikliet lil ħbiebu, li kienu jsibuh bħala: “ir-Re tal-Festi”. Imma din d-darba kellha tkun l-aħħar waħda. Kien ser iħalli kollox warajh! Mhux wisq wara kellu jħalli dan il-mod ta’ għixien sinjur wara spallejh, imma l-ġenerożità u l-ispirtu li jagħti li kellu fih jissokta b’modi oħrajn.
Hekk kif niftħu qalbna biex inħallu l-imħabba kbira ta’ Alla tibdilha, nindunaw li Alla mhux ser jħassar kollox minna f’daqqa waħda u jibda kollox mill-ġdid! Le, id-doni u t-talenti li jkollna issa jibdew jiġu wżati b’modi kompletament ġodda. Hekk kif Ġesù biddel lil Pietru u lil ħuh Indri minn sajjieda tal-ħut għal sajjieda tal-bnedmin, hekk Alla issa jagħmel l-istess haġa bit-talenti u d-doni tagħna.
Ejjew illum inroddu ħajr lil Alla għall-barkiet kollha li jogħġbu jagħtina. Ejjew nirringrazzjawh għal kull mument li riċevejna mingħandu, imqarr għal dawk il-waqtiet li ma kkonsagrajniex u offrejniex lilu fl-imgħoddi, għax jistgħu jkun xiedha tal-ħidma tal-għaġeb tal-grazzja li tibdel li sseħħ ta’ kuljum fina.
Talba Għażiż San Franġisk, Int tassew il-qaddis tal-Ferħ minħabba li sibt il-veru għana fl-għalqa ta’ Alla. Int tassew il-qaddis tal-Paċi minħabba li sibt il-veru Paċi
li tiġi biss
meta nafdaw f’Alla. biex insibu l-istess ferħ u nħossi l-istess paċi fil-qlub tagħna u f’ħajja tagħna. Ammen. Testi huma meħudin u maqlubin għall-Malti minn e-mail li waslet bl-isem "Novena in Honour of St Francis of Assisi" li wasal lil dan is-site mill-Indja. Valletta - 4.10.2004 |
![]() Novena It-Tieni Jum
Il-Festa ta' San Franġisk ta' Assisi tiġi ċċelebrata kull sena fl-4 ta' Ottubru.
|
|
![]() |