Nitolbu ma' San Franġisk

 

◄◄|werrej|►►


Novena bi tħejjija

għall-Festa ta’ San Franġisk

L-Ewwel Jum

25 ta' Settembru


 

Fl-istampa li tidher hawn fil-ġenb, Franġisku żagħżugħ għani jidher jiġri wara tallab, li ftit qabel kien għadu kemm għajjat miegħu u ma taħx il-karità li talbu.  Meta sabu Franġisku tah somma flus u wiegħed li qatt aktar ma jiċħad li jagħti lil xi tallab li fl-isem ta’ Alla jitolbu xi għajnuna.

 

Ilkoll kemm aħna, aħna msejħin għall-konverżjoni.  Ilkoll iridu ddur mill-ħwejjeġ li ma jiswew għal xejn ta’ din id-dinja biex inħaddnu l-barkiet akbar tas-sema. Aktar ma naħsbu kemm Alla huwa kbir u ta’ l-għaġeb u kemm għad ikun kbir il-ferħ tagħna fil-Ġenna, aktar il-ħwejjeġ ta’ din id-dinja bħal donnhom għejbu u ma jibqgħu mportanti għalina.

 

Aktar ma “Alla” isir “Kollox” għalina, bħalma sar għal Franġisku, anqas insiru skjavi tad-dinja.

 

Matul id-disgħa t’jiem li ġejjin, ser nimxu flimkien ma’ San Franġisk. Ser nippruvaw ndawwru l-attenzjoni minn “d-dinja” u minn fuqna nnfusna biex niftħu għajnejna u qalbna għall-għeġubijiet kbar u għall-barkiet li Alla jpoġġi quddiemna kull jum.  Kull mument ta’ kull ġurnata huwa rigal mingħand Alla.  Is-sħab li jtajjar fuq ir-ras tagħna, iż-żiffa tar-riħ li tonfoħ u tmelles lil wiċċna,  dawn u oħrajn bħalhom huma l-mod ta' kif Alla jersaq lejna, jberikkna u jurina kemm iħobbna.

 

Dan l-ewwel jum huwa għalina “Jum il-Konverżjoni”. Ħafna drabi fil-ħajja tagħna bħal San Franġisk fl-istampa ta’ hawn fuq, Alla sejħilna biex jagħmlu xi att ta’ ħniena ma’ xi ħadd u aħna ma tajniex kaz, Dan mhux bilfors li jkun xi ħaġa kbira, jista’ jkun sempliċement li nagħtu tbissima lil xi ħadd.  Jista’ jkun li ngħidu kelma ta’ kuraġġ li xi ħadd li forsi ma tantx għandna grazzja miegħu.  Ilkoll kemm aħna għandna xi ħadd li Alla poġġa fil-ħajja tagħna biex nagħmlu miegħu bħalikieku kien l-iżgħar fost ħutU.  Meta nagħmlu dan u nirbħu dak is-sentiment naturali billi nagħmlu xi att żgħir ta’ ħniena, nkunu aħna stess li niksbu barka! Inkollna tassew esperjenza ta’ konverżjoni.

 

Ejjew illum niftħu għajejna biex ma nitilfux l-opportunità ta’ konverżjoni!

Talba

Għażiż San Franġisk

Ħabib ta’ min hu żgħir u fqir

Iftaħli għajnejja ħalli bħalek

inkun nista’ nara lil Alla

f’ħuti subien u bniet kollha.

Itlob għalija għażiż Franġisku

biex jiena wkoll

nkun nista’ llum u fil-jiem li ġejjin

inġarrab esperjenza ta’ konverżjoni.

Ammen.

 

◄◄|werrej|►►


Testi huma meħudin u maqlubin għall-Malti minn e-mail li waslet bl-isem "Novena in Honour of St Francis of Assisi", li wasal lil dan is-site mill-Indja.

Valletta - 4.10.2004


Novena

l-Ewwel

Jum

 

Il-Festa

ta'

San Franġisk

ta' Assisi tiġi ċċelebrata

kull sena

fl-4 ta' Ottubru.