Nitolbu ma' San Franġisk

 

◄◄|werrej|►►


It-Tieni Għasar

tal-Festa ta' San Franġisk

3 ta' Ottubru


V/. O Alla, ejja eħlisni.

R/. Mulej fittex għinni.

Glorja lill-Missier, lill-Iben u lill-Ispirtu s-Santu

Kif kien mill-bidu, issa u dejjem,

għal dejjem ta' dejjem. Ammen, Alleluia.

 

Innu

San Franġisk għani bil-grazzji

sar l-eżempju tal-ġwejdin,

fis-Smewwiet illum jixxierek

mal-qtajjiet tal-qaddisin.

 

Fih la ħażen, la kburija,

ġieb is-sliem fost il-bnedmin,

dgħajjef f'saħħtu, sidru jaqbad

bin-nirien tal-qlub safjin.

 

Għalkemm liebes ċoqqa mraqqa'

sab is-sliem f'Ruħ il-Qdusija;

il-ksieh rebaħ b'ħeġġa ħierġa

minn ġol-pjagi jqattru d-dmija.

 

Għex fid-dinja fl-eħrex faqar,

daħal għani fis-Smewwiet,

mnejn fejqan 'il-morda jiksbu,

mnejn il-grazzji bil-mijiet.

 

San Franġisk, Missier il-faqar,

għoddna dejjem mal-fqajrin,

nieħdu sehem fil-hena miegħek,

ma nkunux mal-mitlufin.

 

Lill-Missier nagħtu lill-Iben

u 'l-Ispirtu tal-Qdusija

ġieħ u sebħ, u jagħtu lilna

fis-smewwiet l-ogħla tgawdija. Ammen.

 

Salmodija

Antifona. 1: Jien deherli li ma naf xejn ħlief lil Ġes Kristu, u dan imsallab.

 

Salm 12

Faħħru, qaddejja tal-Mulej, *

   faħħru isem il-Mulej.

Ikun imbierek isem il-Mulej, *

   minn issa u għal dejjem.

 

Minn tlugħ ix-xemx sa nżulha *

   ikun imfaħħar isem il-Mulej!

Għoli fuq il-ġnus kolla l-Mulej, *

   ogħla mis-smewwiet hu sebħu.

 

Min hu bħal-Mulej, Alla tagħna, †

   li qiegħed fil-għoli? *

   Hu li jħares'l isfel, lejn is-smewwiet u lejn l-art.

Hu li jqajjem mit-trab l-imsejken, *

   u jerfa' mill-miżbla l-fqajjar,

 

biex mal-kbarat iqegħedu, *

   mal-kbarat tal-poplu tiegħu.

Il-mara bla wlied iqegħedha f'darha, *

   jagħmilha omm ferħana b'uliedha.

 

Glorja lill-Missier, lill-Iben *

   u lill-Ispirtu s-Santu

Kif kien mill-bidu, issa u dejjem, *

   għal dejjem ta' dejjem. Ammen

 

Antifona: Jien deherli li ma naf xejn ħlief lil Ġes Kristu, u dan imsallab.

Antifona 2: Sar jixbħu fil-mewt biex jagħraf lilu u l-qawwa tal-qawmien tiegħu.

 

Salm l45

Faħħar, ruħ tiegħi; il-Mulej! †

   Infaħħar il-Mulej tul ħajti kollha; *

   ngħanni lil Alla tiegħi kemm indum ħaj.

 

La tittamawx fil-kbarat, *

   għax il-bniedem ma jsalvakomx.

Malli toħroġ ruħu, lejn l-art jerġa' jmur; *

   jintemmu dak in-nhar ħsibijietu.

 

Ħieni min f'Alla ta' Ġakob isib il-għajnuna tiegħu, *

   min għandu t-tama fil-Mulej, Alla tiegħu,

li għamel is-sema, l-art u l-baħar, *

   u kull ma jinsab fihom;

 

hu li jżomm kelmtu għal dejjem, †

   li jagħmel ħaqq lill-maħqurin, *

   u jagħti l-ħobż lill-imġewħin.

 

Il-Mulej li jeħles lill-imjassrin; *

   il-Mulej li jiftaħ għajnejn il-għomja;

il-Mulej li jerfa' lill-milwijin; *

   il-Mulej li jħobb lill-ġusti;

 

il-Mulej li jħares lill-barranin; †

   hu li jżomm lill-iltim u lill-armla, *

   imma lill-ħżiena jħarbtilhom triqathom.

Il-Mulej isaltan għal dejjem; *

   Alla tiegħek, Sijon, minn nisel għal nisel.

 

Glorja lill-Missier, lill-Iben *

   u lill-Ispirtu s-Santu

Kif kien mill-bidu, issa u dejjem, *

   għal dejjem ta' dejjem. Ammen

 

Antifona Sar jixbhu fil-mewt biex jagħraf lilu u l-qawwa tal-qawmien tiegħu.

 

Antifona 3: Il-Mulej ikun għalik dawl għal dejjem, u Alla jkun il-glorja tiegħek.

 

Kantiku

Ef 1, 3-l0

Imbierek Alla u Missier Sidna Ġes Kristu, *

   li mliena b'kull xorta ta' barka spiritwali,

   fis-smewwiet, fi Kristu.

Hekk hu għażilna fih, †

   sa minn qabel il-ħolqien tad-dinja, *

   biex inkunu qaddisa u bla tebgħa

   quddiemu fl-imħabba;

 

iddestinana li nkunu għalih ulied adottivi †

   permezz ta' Ġes Kristu, *

   skond ma għoġob lir-rieda tiegħu,

għat-tifħir tal-glorja tal-grazzja tiegħu, *

   li biha mliena fil-Għaziz tiegħu:

 

Fiħ aħna għandna l-fidwa, bid-demm tiegħu, *

   il-maħfra tad-dnubiet,

skond il-għana tal-grazzja tiegħu, *

  li biha fawwarna fil-għerf u l-għaqal kollu:

 

hu għarrafna l-misteru tar-rieda tiegħu, †

   skond il-pjan li għoġbu jfassal fih minn qabel, *

   u li kellu jseħħ meta tasal il-milja taż-żminijiet:

jiġifieri, li kollox jinġabar taħt Ras waħda li hu Kristu, *

   kull ma hu fl-art u kull ma hu fis-sema.

 

Glorja lill-Missier, lill-Iben *

   u lill-Ispirtu s-Santu

Kif kien mill-bidu, issa u dejjem, *

   għal dejjem ta' dejjem. Ammen

 

Antifona Il-Mulej ikun għalik dawl għal dejjem, u Alla jkun il-glorja tiegħek.

 

Lezzjoni Qasira  

Gal 6, 14.17-18

Ngħid għalija, ma jkun qatt li niftaħar jekk mhux bis-salib ta' Sidna Ġes Kristu, li bih id-dinja hi msallba għalija u jiena għad-dinja. Jien inġib f'ġismi l-marki ta' Kristu. Il-grazzja ta' Sidna Ġes Kristu tkun magħkom, ħuti, Ammen.

 

Responsorju Qasir

R/. Kbir, Mulej, hu sebħek * Fil-ħelsien li tajtna.

V/. Kbir, Mulej, hu sebħek * Fil-ħelsien li tajtna.

R/. Ġie msebbaħ b'għanjiet tas-sema

V/. Fil-ħelsien li tajtna.

R/: Glorja lill-Missier, lill-Iben u lill-Ispirtu s-Santu

V/. Kbir, Mulej, hu sebħek * Fil-ħelsien li tajtna.

 

Antifona: Għajnejn il-Mulej ħarsu bit-tjieba lejh u refgħu mill-umilta' tiegħu, u tellagħlu rasu: u ħafna stagħġbu bih u faħħru lill-Mulej.

 

Kantiku ta' Marija

Ruħi tfaħħar il-kobor tal-Mulej, *
   u l-ispirtu tiegħi jifraħ f'Alla, s-Salvatur tiegħi.
għax hu xeħet għajnejh
   fuq iċ-ċokon tal-qaddejja tiegħu. *
   Iva, minn issa 'l quddiem
   kull nisel jibda jsejjaħli ħienja.


Għax is-Setgħani għamel miegħi ħwejjeġ kbar. *
   qaddis hu l-isem tiegħu.
Il-Ħniena tiegħu tinfirex f'kull żmien *
   fuq dawk li jibżgħu minnu.


Hu wera l-qawwa ta' driegħu, *
   xerred lil dawk li huma mkabbra f'qalbhom.
Niżżel is-setgħana minn fuq it-tron tagħhom, *
   u għolla ċ-ċkejknin.

Mela b'kull ġid lil min hu bil-ġuħ. *
   u l-għonja bagħathom 'il barra b'xejn.


Ħa ħsieb Iżrael, il-qaddej tiegħu, *
   għax ftakar fil-ħniena tiegħu.
bħalma wiegħed lil missirijietna *
   b'riżq Abraham u nislu għal dejjem.

 

Glorja lill-Missier, lill-Iben *

   u lill-Ispirtu s-Santu

Kif kien mill-bidu, issa u dejjem, *

   għal dejjem ta' dejjem. Ammen.

 

Antifona: Għajnejn il-Mulej ħarsu bit-tjieba lejh u refgħu mill-umilta' tiegħu, u tellagħlu rasu: u ħafna stagħġbu bih u faħħru fill-Mulej.

 

Preċi

Alla Missier, għajn ta' kull qdusija, nitolbuk li bl-eżempji u l-interċessjoni tal-qaddis Missierna Franġisku, twassalna għall-ħajja qaddisa, u ngħidulek:

- Ismagħna, nitolbuk.

 

Missier qaddis li għamilt fill-qaddej tiegħek Franġisku dixxiplu perfett ta' Ibnek,

- agħmel li aħna wkoll nimxu fuq il-passi tiegħu, u nħarsu bil-fedelt l-Vanġelu ta' Kristu.

 

Missier qaddis, mexxi l-passi tagħna fit-triq tas-sliem li wriena l-Missier tagħna Franġisku,

- ħalli ngħixu b'qalb sinċiera fl-ubbidjenza, bla xejn tagħna, u fil-kastit.

 

Missier qaddis, li tbaxxi s-suppervi, u tgħolli `l-umli,

- agħtina li nimxu wara l-Missier serafiku fl-umilt.

 

Missier qaddis, li żejjint lill-qaddej tiegħek Franġisku bil-pjagi mqaddsa tal-passjoni ta' Ibnek,

- għallimna dejjem niftaħru ferħana bis-salib ta' Sidna Ġes Kristu.

 

Missier qaddis, li tajt il-maħfra lill-midinbin għat-talb tal-qaddis Missierna Franġisku,

- uri fil-ħniena tiegħek id-dawl ta' wiċċek lil ħutna mejtin.

 

Missierna

Missierna...

 

Talba

O Alla, int ridt

li s-Serafiku Missierna San Franġisk

ikun jixbah lil Kristu

fil-faqar u l-umilt tiegħu;

agħtina li nimxu fuq il-passi tiegħu wara Ibnek

u ningħaqdu miegħek b'imħabba ħienja.

B'Ibnek, Ġes๙ Kristu Sidna

li hu Alla u miegħek igħix u jsaltan

flimkien ma' l-Ispirtru s-Santu

għal dejjem ta' dejjem.

Ammen.

 

Barka

V/. Il-Mulej magħkom.

R/. U miegħek ukoll.

V/. Iberikkom Alla li jista' kollox, il-Missier

      u l-Iben u l-Ispirtu   s-Santu.

R/.  Ammen.

V/. Morru fil-Paċi ta' Kristu.

R/. Inroddu ħajr lil Alla.

 

 

◄◄|werrej|►►


Testi meħudin mill-Lituġija tas-Sigħat, Proprju Franġiskan, Malta 1980

Assisi -24.4.2003


Il-Festa

ta'

San Franġisk ta' Assisi tiġi ċċelebrata

kull sena

fl-4 ta' Ottubru.