Nitolbu ma' San Frangisk |
|
Transtu ta’ San Frangisk 3 ta' Ottubru Fl-Ordni Frangiskan kollu hemm tradizzjoni li kull sena fit-3 ta’ Ottubru filghaxija, il-komunitajiet Frangiskani jiltaqghu fil-knejjes u fil-kappelel tal-kunventi taghhom biex ifakkru l-mewt ta’ Missierhom San Frangisk jew kif inhu aktar maghruf it-Transtu (=il-passagg) tieghu minn did-dinja ghal ghand il-Missier. Meta dan it-Transtu jsir f’xi Parrocca jew Knisja Frangiskana ghall-funzjoni jkunu mistiedna wkoll in-nies u d-devoti tal-qaddis. San Frangisk iltaqa’ ma’ ohtna l-mewt fuq il-qiegha ta’ l-art fil-knisja tal-Porziuncola, barra l-belt ta’ Assisi. Kien fil-hin ta’ l-ghasar nhar is-Sibt, 3 ta’ Ottubru 1226. L-ghada il-Hadd sar il-funeral u l-gisem ta’ Frangisku ttiehedt bil-purcissjoni l-ewwel lejn il-Knisja ta’ San Damjan biex Klara u s-sorijiet taghha jsellmu ghall-ahhar darba lil Frangisku u mbaghad lejn il-Knisja ta’ San Gorg, fejn dan midfun ghal kwazi erba’ snin sakemm tlestiet il-Bazilka biex tilqa l-fdalijiet tieghu.
Transtu ta’ San Frangisk
Waqt il-purcissjoni tad-dahla jitkanta dan l-innu:
Ta' Missierna l-mewt bil-qima nfakkru u twelidu ghal hajja bla mwiet qrib Assisi li ratu jitwieled, meta x-xemx kienet nienet u ntfiet.
Lil uliedu mbikkija farraghom u seddaqhom bil-oghla barkiet: talab mahfra lil gismu ghax hagru, u zgurah minn hlas kbir fis-smewwiet.
Hu li twieled fi stalla bhal Kristu, bhalu ftaqar u habb iz-zeblih. Li jmut gheri minn hwejgu, din xewqtu; li ghall-qiegha ta' l-art fih jistrieh.
U f ‘tghanniga mal-mewt li oht sejjah, ruhu ttajret ghal hdan il-Hallieq, gismu msallab iddawwal bid-dija, ghelm ir-rebha ta' hajtu fit-triq.
Lilek, Alla Missier, sebh u qima, u lill-Iben, Feddej tal-bnedmin, ma' I-Ispirtu li jnebbah u jqaddes lil Frangisku f’ghemilu kull hin. Amen.
Meta kulthadd jasal fuq l-altar u jiehu postu, min ikun qed imexxi jghid:
Ingbarna flimkien, kwazi fl-istess hin li fih grat il-mewt talPatrijarka Missierna San Frangisk, biex infakkru kif dan ilMissier qaddis, wara li ghadda hajja ta' cahda u tghakkis, f’tghanniga ma' ohtu l-mewt, ghadda minn din il-hajja ghal ghand Alla li hu habb bla qjies u li hu xtaq li jkun mahbub u mfahhar mill-hlejjaq kollha. Insellmulu u nitolbuh il-barka tieghu.
Antifona 1: Patrijarka tal-fqar, kattar b'talbek, fl-mhabba ta' Kristu, l-ghadd ta' wliedek, li int bhal Gakob aghma, b'idejk imsallbin, berikt qabel mewtek.
Celebrant: Iberikna Alla, Alla taghna. Kulhadd: U tibza' minnu l-art kollha, minn tarf ghall-iehor.
Celebrant: O Alla l-aktar hanin, int ridt li l-qaddej tieghek ibierek il-poplu tieghek billi jsejjah fuqu l-isem qaddis tieghek, u nebbaht lil Missierna San Frangisk li jbierek hekk ukoll: Ibierkek il-Mulej u jharsek, jixhet id-dija ta' wiccu fuqek u jurik hniena; ha tinzel il-barka tieghek fil-milja taghha fuqna, fuq kull min jghammar f’artna u fuq il-gnus kollha li lilhom gie mhabbar l-isem tieghu, ghat-talb ta' l-Imqaddsa Vergni Marija Omm Alla, ta' San Frangisk Missierna u tal-qaddisin kollha tieghek. Int li tghix u ssaltan ghal dejjem ta' dejjem. Kulhadd: Amen.
Issa jista' jintefa d-dawl zejjed u lettur jaqra wahda minn dawn is-siltiet li gejjin:
Qari mill-kitbiet ta' San Bonaventura. Legenda Maior XIV, 5
Meta qorbot is-siegha tal-mewt tieghu, talab li jissejhu madwaru l-patrijiet kollha li kienu hemm, u filwagt li tennielhom kliem ta' farag ghall-mewt tieghu li kienet waslet, b'ghozza tassew ta' Missier heggighom biex ihobbu 'l Alla; tkellem fit-tul fuq il-pacenzja, fuq il-faqar u fuq il-fedelta li kellu jkollhom lejn il-Knisja Mqaddsa Rumana, b'ghozza kbira lejn il-Vangelu li ghalih kien jigi qabel kollox.
Imbaghad sallab u firex idejh fuq il-patrijiet migburin madwaru u bis-setgha u fl-Isem ta' l-Imsallab berikhom ilkoll, dawk li kienu hemm u dawk tal-boghod. U ssokta jghidilhom: "Uliedi, zommu shih fil-biza' tal-Mulej u ibqghu fih dejjem. U billi t-tentazzjoni ma ddumx ma ggarrabkom, henjin intom jekk tissuktaw f dak li bdejtu. Jien stess sejjer ghand Alla u lilkom ilkoll nerhikom fil-grazzja tieghu".
Hekk kif temm din it-twissija helwa, il-bniedem bil-bosta ghaziz ghal Alla, ried li jingieb il-Ktieb tal-Vangelu u talab li tinqralu dik is-silta ta' San Gwann li tibda: " Qabel il-festa tal-Ghid". Imbaghad hu, mill-ahjar li seta', infexx b'lehen gholi fi kliem is-Salmi "B'lehen qawwi fill-Mulej insejjah" u ssokta jghidu sa l-ahhar kliem" madwari jduru l-gusti, ghax int timxi tajjeb mieghi".
Hekk mitmuma fiha l-misteri kollha, dik ir-ruh il-qaddisa bil-bosta, mahlula mill-gisem, giet milqugha fid-dija tas-sebh ta' Alla, u dan ir-Ragel qaddis raqad fil-Mulej.
(Jew tista’ tinqara din is-silta)
Qari mill-Kitbiet tal-Beatu Tumas minn Celano Vita II, 8
Gara li l-kelma tal-Mulej, li kienet mgharrfa minn zmien qabel lil Fra Frangisk, kienet waslet biex issehh. Ghalhekk, kif kien qieghed jistrieh ghal ftit jiem f’imkien ghaziz bil-bosta, xhin hass il-mewt, sejjah lil tnejn minn hutu u wliedu gheziez fost il-bqija, u talabhom jghannulu bi spirtu ta' ferh u b'lehen shih ghanjiet il-Mulej ghall-mewt fil-qrib u ghall-hajja li kienet ga fegget. U hu, kif seta', infexx jghanni s-salm ta' David: "B'lenen qawwi lilt-Mulej insejjah, b'lehen qawwi lill-Mulej nitlob".
Wiehed mill-ahwa li kienu madwaru, li l-Qaddis kien ihobb b'imhabba kbira, xhin gharaf li t-tmiem tieghu kien fil-qrib qallu: "Missier twajjeb, l-ulied sa jibqghu bla missier, sa jinsterqilhom dawl ghajnejhom. Ftakar ghalhekk, fl-ulied iltiema li sa thalli warajk, ahfrilhom htijiethom kollha u farraghom ilkoll, 'l dawn ta' madwarek u 'l-bqija tal-boghod, bil-barka qaddisa tieghek”. Ghal dan il-kliem, il-Qaddis wiegeb: "Ara ibni, Alla qieghed isejjahli; lill-ahwa tieghi kollha, tal-boghod bhal dawn hawn migbura, nahfrilhom kull nuqqas u htija, u kif nista', inhollhom minn kull rabta; u int filwaqt li tgharrafhom b'dan, berikhom ilkoll f'ismi".
Talab fl-ahhar li jingieb il-Ktieb ta' l-Vangelu u ried li tinqralu dik is-silta ta' San Gwann li tibda hekk: "Sitt ijiem qabel il-Ghid, billi kien jaf Gesù li kienet waslet is-siegha tieghu biex jghaddi minn din id-dinja ghal ghand il-Missier". Talab imbaghad li jqeghduh fuq hasira u jroxxu l-irmied fuqu, hu kien qorob biex jerga' jsir trab u rmied. Sadattant ingabru ftit ftit il-patrijiet kollha, li taghhom hu kien Missier u Mexxej, ilkoll jistennew fis-skiet it-tluq qaddis u t-tmiem hieni tieghu, meta r-ruh tieghu l-izjed qaddisa, mehlusa mill-irbit tal-gisem, inhatfet f'dija ta' dawl, fil-wagt li gismu raqad fil-Mulej.
Wara l-qari jitkanta s-Salm Responsorjali:
R/. O ruh ghaziza, siehba tal-Qaddisin, it-Trinità mqaddsa tistiednek; ibqa' maghna ghal dejjem.
B' lehen qawwi lill-Mulej insejjah b'lehen qawwi lill-Mulej nitlob. Inressaq quddiemu t-tnehid tieghi, id-dwejjaq tieghi quddiemu ngieghed. R/.
Xhin ruhi go fija tinfena, int tkun taf minn xiex ghaddej. Fit-triq li fiha nimxi, huma hbew nassa ghalija. R/.
Inhares fuq il-lemin u nara, li ma hemm hadd li jaghti kazi M'hemmx mnejn nista' nahrab, m'hemm hadd li jiehu hsiebi. R/.
Lilek, Mulej, insejjah; nghidlek: "Int il-kenn tieghi, int sehmi f’art il-hajjin. Aghti widen ghall-ghajta tieghi ghax ninsab mitluq ghall-ahhar. R/.
Ehlisni minn dawk li daru ghalija, ghax huma aqwa minni. Mill-habs ohrogni biex inrodd hajr lil ismek. R/.
Madwari jduru l-gusti, ghax int timxi tajjeb mieghi:” Glorja lill-Missier ... Kif kien mill-bidu ... R/.
Celebrant: Nitolbu. Qaddis Serafiku, Missier taghna Frangisk, li filghaxija ta' jum is-Sibt, ftit qabel it-tluq tieghek minn din id-dinja, f’isem Gesù msallab u bil-qawwa tieghu, berikt 'l uliedek kollha tul iz-zmenijiet, arana madwarek, Missier il-fqar, infakkru l-mewt tieghek. Aqlghalna nitolbuk, li moghnija bil-barka tieghek, nissuktaw fiz-zmien taghna l-missjoni tieghek, u nwasslu 'l-bnedmin hutna l-frott tal-fidwa mwettqa minn Gesù Sidna, li hu Alla, u li jghix u jsaltan ghal dejjem ta' dejjem. Kulhadd: Amen.
Tinqara l-Ittra ta’ Fra Elija li thabbar il-mewt ta' San Frangisk:
L-ittra ta' Fra Elija li thabbar il-mewt ta' San Frangisk.
Lill-ghaziz hija fi Kristu, Girgor, Ministru tal-Patrijiet ta' Franza u lil hutu u hutna kollha, Fra Elija, midneb, sliem.
Qabel ma nibda nitkellem, nitniehed u nibki - ghax dak li kien ibezzaghni laqat lili u laqat lilkom ukoll - ghax dak li kien ifarragni, dak li kien bhal hrief jerfaghna lkoll f'dirghajh hanina, halliena; telaq pellegrin f'oqsma mbieghda; il-ghaziz ta' Alla u tal-bnedmin intlaqa' filgharajjex ta' hemm fuq...
Il-prezenza ta' huna u missierna Frangisk kienet ghalina dawl tassew; u mhux biss ghalina li konna qrib tieghu bilhajja u bil-fidi, imma wkoll ghal dawk tal-boghod; dawl imnissel mid-dawl tas-sewwa biex iharrab id-dlamijiet u jmexxi 'l dawk li kienu jterrqu fid-dell tal-mewt lejn it-triq tal-paci u tas-sahha ta' dejjem. Bhal xemx tiddi fissema, hekk xeghlet qalbu u dawlet is-saltna ta' Alla; binnar ta' mhabbtu kienu jitheggu l-erwieh, fi qlub il-missierijiet kienet titnissel mill-gdid it-tjieba lejn 1-ulied, u l-bnedmin bla ghagal kienu jergghu lura ghad-dehen talgusti u fid-dinja kollha gie mhejji poplu gdid lill-Mulej. Sa l-ibghad truf ismu huwa msebbah u l-ghemejjel tieghu ta' l-ghageb huma mfahhrin fid-dinja kollha.
Bieghdu minnkom, ghalhekk, id-dieqa, ittamaw f Missier l-iltiema, Alla li jsabbarna b'farag qaddis. U nitfarrgu, ghax qabel ma tbieghed minna, bhal Gakob iehor, ilMissier qaddis bierek 'l uliedu kollha u hafer lil kulhadd dnubietu.
Ghozzu t-tifkira tal-Missier taghna u Huna Frangisk: ikun imfahhar u mweggah ghax wera 'l Alla lill-bnedmin u ghollieh quddiem l-angli. Itolbu 'l Alla biex flimkien mieghu ikollna sehem mill-grazzja qaddisa tieghu. Amen.
Issa titkanta l-Antifona 2 li tista' tigi ripetuta tliet darbiet. kull darba nofs ton aktar fil-gholi.
Antifona 2: Sliem ghalik, qaddis Missierna, dawl ta' art twelidek, mudell tal-patrijiet minuri, mera ta' kull virtu', qjies tal-imgiba; mexxina int mit-turufnament tal-gisem lejn artna, il-genna.
Mitmum il-kant jinzamm waqt ta' skiet u jindaqqu ftit tokki bil-qanpiena tal-kampnar; imbaghad jinxteghel id-dawl kollu tal-Knisja u titkanta l-Antifona 3.
Antifona 3: Kristu 'l-fqir u 'l-umli jsebbah ghani jdahhlu fis-smewwiet, fejn il-kant ferrieh ta' l-angli, isellimlu u jaghtih gieh.
Celebrant: Itlob ghalina, Qaddis Frangisk Missierna. Kulhadd: Biex ikun jisthoqqilna dak li weghedna Kristu.
Celebrant: Nitolbu. O Alla, Int il-lum ghanejt bil-hlas tal-hajja ta' dejjem lir-ruh ta' Missirna San Frangisk; aghtina nitolbuk: hekk kif bil-qima qeghdin infakkru l-moghdija tieghu minn din id-dinja ghal ghandek, jisthoqqilna li bhalu u mieghu niksbu l-istess hlas fil-hajja bla tmiem. Bi Kristu Sidna. Kulhadd: Amen.
FI-ahhar ic-celebrant ibierek 'il kulhadd bir-relikwa tal-Qaddis fil wagt li jghid:
Celebrant: Bl-intercessjoni ta' Missierna San Frangisk, iberikkom + Alla li jista' kollox u jghix u jsaltan ghal dejjem ta' dejjem. Kulhadd: Amen.
Issa jitkanta l-innu "Ninsgu Safja" jew "Glorja Glorja" tista' issibhom fil-pagna: innijiet u ghanjiet
imhejji minn Fr Thomas Calleja OFMConv Assisi- Marzu 2003
|
San Frangisk iltaqa’ ma’ ohtna l-mewt fuq il-qiegha ta’ l-art fil-knisja tal-Porziuncola, barra l-belt ta’ Assisi. Kien fil-hin ta’ l-ghasar nhar s-Sibt, 3 ta’ Ottubru 1226.
|