Innijiet u Għanjiet                         

 

◄◄|werrej|►►


Innijiet u Għanjiet f'ġieħ San Franġisk

■ 1. Glorja, Glorja

■ 2. Ninsġu Safja

■ 3. Dieħla ġo Qalbi

■ 4. Talba ta' San Damjan


1. Glorja, Glorja


Glorja, Glorja, ngħannulu minn qalbna,

Lil Franġisku imlibbes bil-faqar.

Ngħidu f'ħajtu kemm ġarrab u nħaqar

għal min ħabbu u miet fuq salib

 

Int, Missierna, id-dehwa ta' l-Anġli;

kewkba tlellex bħad-deh'b, kollok dija.

Saffi lilna tal-ġrieħi mid-dmija

li naqqaxlek fuq ġismek Ħabib.

 

Glorja, Glorja, ingħajtu għalenija,

lil min rebat għall-mewt kull stkerriħa;

“Oħt”, sejħilha u waslet b'mistrieħa,

sabiex tkeffen 'il ġismu misiub.

 

Missier ħlejju, ħallina fuq ġismek,

ħarstna nwaħħlu, u naħsbu ġo fina.

Int biss stajt xebħ wisq għoli tagħtina,

ta' min b'demmu ħasilna mid-dnub.

 

Glorja, Glorja, bla heda ngħannulek,

fuq din l-art għat-twemmin blata sħiħa;

inseħbuha tal-warda mal-fwieħa

li titbissem ta' Malta fil-ġnien.

 

U jasallek, Missier, dan il-leħen;

ħares lejna; isma' t-talb fqajjar tagħna;

Qatt titbiegħed, tinfired minn magħna

kun it-tarka u s-sejf tal-ħelsien.

 

Kliem: P. Alfons M. Sammut OFMConv

Mużika: P. Domenico Stella OFMConv


2. Ninsġu Safja


Ninsġu safja dik l-għanja ta' mħabba,

u ngħannuha ma' l-Anġli tas-sema;

fiha ngħidu dak l-għaġeb li l-ġrajja

ma tfakkarx ieħor bħalu li nstema'.

 

Serafin wild Assisi, belt sbejħa,

fuq l-Alvernja sirt xebħ ta' Min fdiek;

u mis-sema bis-setgħa li għandek,

grazzji ixħet, kif dejjem tlabniek.

 

F'Nofs id-dija li tisboq lill-kwiekeb,

Xħin kont tgħammar bil-ħsieb fis-smewwiet,

Serafin rajt b'sitt ġwienaħ iħeġġu,

fuq dik l-għolja, fejn doqt biss ħlewwiet.

 

Serafin wild Assisi, belt sbejħa ...

 

L-għeliem kellu tal-fidwa tal-bniedem;

minxur kien ma' l-għudiet tas-salib;

kellu l-ġrieħi li nifdu l-imsiemer;

kellu f sidru tal-lama t-tidrib.

 

Serafin wild Assisi, belt sbejħa ...

 

O Missierna, iss'inti bħal Kristu,

Kristu ieħor, ngħidlek flimkien,

Mitlufin fl-ogħla ħeġġa ta' mħabba,

Int ħejjilna dejjiemi l-għajxien.

 

Serafin wild Assisi, belt sbejħa ...

 

KLiem: P. Albert M. Sammut OFMConv

Rabat: 26 ta' Awissu 1952


3. Dieħla ġo Qalbi


Dieħla ġo qalbi hena ttini ħlewwa

tqattar mimlija bit-tagħrif tas-sewwa.

 

Sabiħa l-ħajja meta hi mimlija

bl-imħabba t'Alla li ħalaqha għalina.

 

     Ħajr nagħtu 'l Alla għall-ġmiel li hawn madwarna

     Hu ħejja d-dinja għalija u għalik.

 

Min xegħel il-kwiekeb, trlla' x-xemx ħanina,

il-qamar ħiemed, li l-wens jagħtina.

 

Il-ward fil-ġnejna, l-ikħal nir tal-baħar,

l-ilmijiet sajfa: min bihom jiftaħar.

 

     Ħajr nagħtu 'l Alla għall-ġmiel li hawn madwarna

     Hu ħejja d-dinja għalija u għalik.

 

Kliem: P. Alfons M. Sammut OFMConv

Mużika: Riz Ortolani


4. Talba ta' San Damjan


Bniedem li jixtieq il-ġid jerfa' ħolma f'qalbu

b'ħafna mħabba u umiltà jaf jasal jibniha,

 

     Jekk b'qalb tajba tagħraf tgħix bla ma tgħolli rasek

     aktar ħieni tista' tkun waqt li xejn ma jkollox.

 

Jekk tixtieq bil-għaraq tiegħek minn dal-jum għal ieħor

tqiegħed ġebla fuq ġebl'oħra, fl-aħħar tasal fuq nett.

 

     Jekk il-ħajja tgħix ta' fqir, il-mogħdija ssibha

     li timlielek kif tixtieq qalbek bis-sliem kollu.

 

Il-ferħat tal-bniedem fqir huma dejjem isbaħ

il-ferħat li wara kollox huma l-aqwa ħaġa.

 

     Ħabbrek sew, mil-jum għal għada bil-għaraq tiegħek,

     tqiegħed ġebla fuq ġebl'oħra, fl-aħħar tasal fuq nett.

 

Kliem: mhux magħruf

Mużika: Riz Ortolani


Assisi: 17.4.2003

Statwa

tal-Qaddis meqjuma

fil-Knisja ta'

San Franġisk

Birkirkara