Nitolbu ma' San Franġisk |
|
Talba tal-Paġi (Talba attribwita lil San Franġisk)
Mulej agħmilni strument tal-paċi tiegħek. Fejn hemm il-mibgħeda, ħallini nħeġġeġ l-imħabba; fejn hemm il-ħtija, ħallini nferrex il-maħfra; fejn hemm id-dubbju, ħallini ndaħħal il-fidi; fejn hemm il-qtigħ il-qalb, ħallini nqawwi t-tama; fejn hemm id-dlam, ħallini inkebbes id-dawl; fejn hemm in-niket; ħallini nxerred il-ferħ.
La tħallix li iżjed infittex li nkun imfarraġ milli nfarraġ jien; la tħallix li iżjed jifhimni ħaddieħor milli nifhem lil ħaddiehor jien; la tħallix li iżjed ikun maħbub, milli nħobb jien.
Għax meta nagħtu, aħna naqilgħu. Għax meta naħfru, aħna nkunu maħfura. Għax meta mmutu, nqumu għall-Ħajja ta’ dejjem.
|
Din it-talba hija magħrufa bħala t-talba ta' San Franġisk.
Fil-fatt, iżda, għalkemm fil-kliem u fl-ispirtu tagħha tixbah ħafna lil dawk ta' San Franġisk. madankollu mhiex talba tal-qadddis ta' Assisi. Hija talba li dehret għall-ewwel darba fil-bidu tas-seklu XX
|