Nitolbu ma' San Franġisk |
|
Transtu ta’ San Franġisk 3 ta' Ottubru Fl-Ordni Franġiskan kollu hemm tradizzjoni li kull sena fit-3 ta’ Ottubru filgħaxija, il-komunitajiet Franġiskani jiltaqgħu fil-knejjes u fil-kappelel tal-kunventi tagħhom biex ifakkru l-mewt ta’ Missierhom San Franġisk jew kif inhu aktar magħruf it-Transtu (=il-passaġġ) tiegħu minn did-dinja għal għand il-Missier. Meta dan it-Transtu jsir f’xi Parroċċa jew Knisja Franġiskana għall-funzjoni jkunu mistiedna wkoll in-nies u d-devoti tal-qaddis. San Franġisk iltaqa’ ma’ oħtna l-mewt fuq il-qiegħa ta’ l-art fil-knisja tal-Porziuncola, barra l-belt ta’ Assisi. Kien fil-ħin ta’ l-għasar nhar is-Sibt, 3 ta’ Ottubru 1226. L-għada il-Ħadd sar il-funeral u l-ġisem ta’ Franġisku ttieħedt bil-purċissjoni l-ewwel lejn il-Knisja ta’ San Damjan biex Klara u s-sorijiet tagħha jsellmu għall-aħħar darba lil Franġisku u mbagħad lejn il-Knisja ta’ San Ġorġ, fejn dan midfun għal kważi erba’ snin sakemm tlestiet il-Bażilka biex tilqa l-fdalijiet tiegħu.
Tifkira tal-mewt ta’ San Franġisk
Waqt il-purċissjoni tad-daħla jiqara dan l-innu
Narratur Inġbarna flimkien, kważi fl-istess ħin li fih ġrat il-mewt talQaddis Missierna San Franġisk. Permezz ta' qari u rakkonti meħudin mill-kitbiet dwar il-qaddis ser infakkru kif Franġisku, wara li għadda ħajja ta' ċaħda u faqar, għadda minn din il-ħajja għal għand Alla li hu ħabb b'qalbu kollha u li hu xtaq li jkun maħbub u mfaħħar mill-ħlejjaq kollha.
Biex jgħinuna nidħlu fl-ispirtu u ngħixu mill-ġdid dan il-mument tal-laqgħa ta' Franġisku m'Oħtu l-Mewt, l-abbatini ser jirreċtaw din il-ġrajja. Nibdew billi nisimgħu dan l-innu.
Qarrej 1 Ta' Missierna l-mewt bil-qima nfakkru u twelidu għal ħajja bla mwiet qrib Assisi li ratu jitwieled, meta x-xemx kienet nienet u ntfiet.
Qarrej 2 Lil uliedu mbikkija farragħom u seddaqhom bil-ogħla barkiet: talab maħfra lil ġismu għax ħaqru, u żgurah minn ħlas kbir fis-smewwiet.
Qarrej 1 Hu li twieled fi stalla bħal Kristu, bħalu ftaqar u ħabb iż-żebliħ. Li jmut għeri minn ħwejġu, din xewqtu; li għall-qiegħa ta' l-art fih jistrieħ.
Qarrej 2 U f ‘tgħanniqa mal-mewt li oħt sejjaħ, ruħu ttajret għal ħdan il-Ħallieq, ġismu msallab iddawwal bid-dija, għelm ir-rebħa ta' ħajtu fit-triq.
Qarrej 1 Lilek, Alla Missier, sebħ u qima, u lill-Iben, Feddej tal-bnedmin, ma' I-Ispirtu li jnebbaħ u jqaddes lil Franġisku f’għemilu kull ħin.
Jidħlu t-tfal libsin ta' patrijiet iġorru lil Franġisku fuq katalett waqt li oħrajn iġorru Salib u l-akkolti u xemgħat. Ilkoll jieħu posthom fuq il-presbiterju
Narratur Il-Beatu Tumas minn Celano u l-Qaddis San Bonaventura ħallewna bil-miktub il-ġrajja ta' l-aħħar jiem u tal-mewt ta' San Franġisk. Lejn tmiem Settembru ta' l-1226 il-marda ta' Franġisku kienet daħlet 'l ġewwa. Franġisku baqa' dejjem sejjer lura f'saħħtu. Meta rah it-tabib kemmex xofftejh u qallu li l-mewt kienet fil-qrib. Franġisk xejn ma ddejjaq jew għamel f'qalbu! Beda jfaħħar lil Alla u damm l-aħħar versi ta' lGħanja tal-Ħolqien. Franġisku Ħa tkun imfaħħar Mulej f'oħtna l-Mewt talġisem, li jaħrab minnha qatt ma jista' l-bniedem. Ħażin għal dak il-bniedem li jmut fid-dnub ilmejjet. Ibierek min imut fis-sliem u niedem. Imbierek min il-mewt issibu jagħmel ir-rieda mqaddsa tiegħek bl-akbar ħrara għax jiġi ġo saltnatek: il-Mewt titwarrab minnu bla ma tagħmillu ħsara.
Narratur Franġisku xtaq itemm ħajtu fil-knisja ċkejkna ta' Santa Marija ta' l-Anġli il-naħa talPorzjunkola, li kienet ftit l-isfel mill-Belt ta' Assisi. Għalhekk Franġisku talab lil ħutu l-patrijiet biex joħduh f'dik il-Knisja. il-Patrijiet jibdew iġorru lil Franġisku. Dawk il-ftit patrijiet li kellu miegħu refgħuh fuq katalett ta' l-idejn u rħewla l-isfel lejn il-Knisja tal-Porzjunkola.
Malli waslu f'nofs in-niżla Franġisku talabhom jieqfu u jdawruh lejn il-Belt t' Assisi. Xtaq kieku jaraha... iżda għajnejh kienu intfew. Franġisku ħass f'qalbu tferfer, ġibed nifs il-ġewwa u tenna bil-ħlewwa. il-Patrijiet idawwru lil Franġisku lejn il-ġenb Franġisku Ibierkek il-Mulej, ja belt qaddisa. II-Mulej għażlek biex tkun il-għamara ta' dawk li jagħarfuh u jgħolluh fis-sewwa. Franġisku itawwal idejh u jagħmel sinjal ta' barka. il-Patrijiet ikomplu iġorru lil Franġisku. Narratur X'ħin waslu fil-wita ta' Santa Marija ta' Anġli, ilpatrijiet daħħlu lil Franġisku f'dik il-knisja skieta u hemm qagħad jistenna lil "Oħtu il-mewt". Ruħ il-Qaddis kienet tgħum fil-hena, għax fehem tajjeb x'hemm jistenna lill-bniedem wara din il-ħajja. Kien jaf u jemmen f'qalbu li jeħtieġ li dan il-ġisem li jitħassar u li jmut jilbes l-immortalita'. il-Patrijiet jinġabru madwar Franġisku.
Meta qorbot is-siegħa tal-mewt tiegħu Franġisku sejjaħ lill-patrijiet madwaru u kellimhom bi kliem ta' faraġ u b'għożża ta' Missier ħeġġiġhom biex iħobbu lil Alia u lil xulxin. Kellimhom fit-tul fuq is-sabar, il-faqar u fuq ilfedeltà lejn il-Knisja imqaddsa.
Imbagħad firex u sallab idejh fuq il-patrijiet u berikom ilkoll fl-isem ta' Ġesu' Imsallab... Franġisku ibierek lil patrijiet. Kif temm din it-Twissija, Franġisku mill-aħjar li seta' nfexx b'leħen għoli jgħanni s-Salm ta' David: B'leħen qawwi lill-Mulej insejjaħ. Nisimugħ.
Qarrej 1 B' leħen qawwi lill-Mulej insejjaħ b'leħen qawwi lill-Mulej nitlob. Inressaq quddiemu t-tnehid tiegħi, id-dwejjaq tiegħi quddiemu nqiegħed.
Qarrej 2 Xħin ruħi ġo fija tinfena, int tkun taf minn xiex għaddej. Fit-triq li fiha nimxi, huma ħbew nassa għalija.
Qarrej 1 Inħares fuq il-lemin u nara, li ma hemm ħadd li jagħti kazi M'hemmx mnejn nista' naħrab, m'hemm ħadd li jieħu ħsiebi.
Qarrej 2 Lilek, Mulej, insejjaħ; ngħidlek: "Int il-kenn tiegħi, int sehmi f’art il-ħajjin. Agħti widen għall-għajta tiegħi għax ninsab mitluq għall-aħħar.
Qarrej 1 Eħlisni minn dawk li daru għalija, għax huma aqwa minni. Mill-ħabs oħroġni biex inrodd ħajr lil ismek
Qarrej 2 Madwari jduru l-ġusti, għax int timxi tajjeb miegħi:” Glorja lill-Missier ... Kif kien mill-bidu ...
Narratur Meta Franġisku temm l-aħħar nifsijiet tas-salm, talab lil patrijiet biex imidduh fuq il-qiegħa kiesħa ta' l-art. il-Patrijiet jpoġġu lil Franġisku fl-art. Għajnejh issa kienu merfugħa lejn is-sema. Idu xxellugija kienet tgħatti l-ferita li kellu fuq ġenbu. Imbagħad dar lejn wieħed mill-patrijiet u b'leħen miksur talbu biex jinġieb il-ktieb tal-Vanġelu ħalli tinqralu l-ġrajja tattbatija u l-mewt ta' Gesù. wieħed mill-Patrijiet jiftaħ il-Ktieb tal-Vanġelu u tinqara silta mill-Vanġelu Qarrej 3 Qari mill-Vanġelu ta' San Ġwann Sitt ijiem qabel il-Għid, billi kien jaf Ġesù li kienet waslet is-siegħa tiegħu biex jgħaddi minn din id-dinja għal għand il-Missier... Narratur Franġisku talab li jiġi mraxxax bl-irmied, fehem li kien qorob il-mument li jerġa jsir trab. il-Patrijiet jinġabru madwar Franġisku Il-Patrijiet kollha kienu miġburin madwar Franġisku, li kien Missier u Mexxej għalihom ikoll. Fil-ħemda ta' dik il-Knisja ċkejkna kienu jistennew fisskiet it-Tluq qaddis u t-tmiem tiegħu.
Wara ftit nżul x-xemx ta' dak in-nhar is-Sibt, 3 ta' Ottubru 1226, ir-ruħ għażiża u qaddisa tal-fqajjar ta' Assisi, meħlusa mill-irbiet tal-Ġisem. ittajret lejn is-sema fiiwaqt li ġismu raqad fil-Mulej. Jindaqqu it-tokki tal-qampiena jitbaxxa id-dawl tal-knisja. Narratur Fra Elija li kien il-Ministru Ġeneral ta' l-Ordni li kien waqqaf Franġisku kiteb ittra biex tħabbar il-mewt ta' Franġisku. Tinqara parti mill-ittra ta' Fra Elija Fra Elija Għeżież Ħuti fi Kristu,
Qabel ma nibda nitkellem, nitniehed u nibki għax dak li bħal ħrief jerfagħna lkoll f'dirgħajh ħanina, Missierna u Ħuna Franġisku ħalliena; telaq pellegrin f'art mbiegħda; il-ħabib ta' Alla u tal-bnedmin ġie milqugħ filpost imħejji għalih ta' hemm fuq fis-sema...
Il-preżenza ta' ħuna u missierna Franġisk kienet għalina dawl tassew; u mhux biss għalina li konna qrib tiegħu bilħajja u bil-fidi, imma wkoll għal dawk tal-bogħod Franġisku kien dawl imnissel mid-dawl tas-sewwa biex iħarrab id-dlamijiet u jmexxi 'l dawk li kienu jterrqu fid-dell tal-mewt lejn it-triq tal-paċi u tas-saħħa ta' dejjem. Qalb Franġisku xegħlet bħal xemx tiddi u dawlet is-saltna ta' Alla; binnar ta' mħabbtu kienu jitħeġġu l-erwieħ.
Isem Franġisku huwa msebbaħ sa truf l-art u legħmejjel tiegħu huma mfaħħrin fid-dinja kollha. Għalhekk, ħuti, warrbu minnkom id-dwejjaq, ittamaw f'Missier l-iltiema, Alla li jsabbarna bil-faraġ qaddis tiegħu. Għożżu t-tifkira ta' Missierkom Franġisku. Ikun imfaħħar u mweġġagħ għax wera' 'l Alla lill-bnedmin u għollieh quddiem l-anġli.
U itolbu biex flimkien ma' Franġisku aħna ukoll ikollna sehem mill-grazzja qaddisa tiegħu.
B'għożża, Ħukom Fra Elija. Ministru Ġeneral.
Narratur U hekk l-aħbar tal-mewt ta' Franġisku ġriet malajr. Kulħadd tnikket bit-telfa, iżda kulħadd kien feraħ għax Franġisku kien ittajjar lejn is-sema. jinxtegħel id-Dawl kollu tal-Knisja L-abbati li jkun qed jagħmel il-parti ta' Franġisku issa jqum u jieqaf b'idejh merfgħuha 'l fuq Id-Dawl li issa kien intemm fuq l-art sar dawl jiddi fiiGlorja tas-Sema.
Ċelebrant: Itlob għalina, Qaddis Franġisk Missierna. Kulħadd: Biex ikun jistħoqqilna dak li wegħedna Kristu.
Ċelebrant: Nitolbu O Alla, Int il-lum għanejt bil-ħlas tal-ħajja ta' dejjem lir-ruħ ta' Missirna San Franġisk; agħtina nitolbuk: hekk kif bil-qima qegħdin infakkru l-mogħdija tiegħu minn din id-dinja għal għandek, jistħoqqilna li bħalu u miegħu niksbu l-istess ħlas fil-ħajja bla tmiem. Bi Kristu Sidna.
Kulħadd: Ammen.
Fl-aħħar iċ-ċelebrant ibierek 'il kulħadd bir-relikwa tal-Qaddis fil waqt li jgħid:
Ċelebrant: Bl-interċessjoni ta' Missierna San Franġisk, iberikkom + Alla li jista' kollox u jgħix u jsaltan għal dejjem ta' dejjem.
Kulħadd: Ammen.
jitkanta l-innu: Glorja, Glorja Glorja, Glorja, ngħannulu minn qalbna, Lil Franġisku imlibbes bil-faqar. Ngħidu f'ħajtu kemm ġarrab u nħaqar għal min ħabbu u miet fuq salib
Int, Missierna, id-dehwa ta' l-Anġli; kewkba tlellex bħad-deh'b, kollok dija. Saffi lilna tal-ġrieħi mid-dmija li naqqaxlek fuq ġismek Ħabib.
Glorja, Glorja, ingħajtu għalenija, lil min rebat għall-mewt kull stkerriħa; “Oħt”, sejħilha u waslet b'mistrieħa, sabiex tkeffen 'il ġismu misiub.
Missier ħlejju, ħallina fuq ġismek, ħarstna nwaħħlu, u naħsbu ġo fina. Int biss stajt xebħ wisq għoli tagħtina, ta' min b'demmu ħasilna mid-dnub.
Glorja, Glorja, bla heda ngħannulek, fuq din l-art għat-twemmin blata sħiħa; inseħbuha tal-warda mal-fwieħa li titbissem ta' Malta fil-ġnien.
U jasallek, Missier, dan il-leħen; ħares lejna; isma' t-talb fqajjar tagħna; Qatt titbiegħed, tinfired minn magħna kun it-tarka u s-sejf tal-ħelsien.
Nota: dan it-test tat-Transitu sar b'mod drammatizzat fil-Parroċċa ta' San Pawl il-Baħar fl-1993, 1994 u 1995 mill-Abbatini ta-Parroċċa.
imħejji minn Fr Thomas Calleja OFMConv f'Ottubru 1994 Valletta 7.9.2006 |
San Franġisk iltaqa’ ma’ oħtna l-mewt fuq il-qiegħa ta’ l-art fil-knisja tal-Porziuncola, barra l-belt ta’ Assisi. Kien fil-ħin ta’ l-għasar nhar s-Sibt, 3 ta’ Ottubru 1226.
|